Is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb personalment u l-media li fuqha ghandu influwenza diretta u sahha intimidatorja ghadu ghaddej b'kampanja ta' mibeghda u ta' assassinju tal-karattru tad-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia. Il-kampanja kienet ilha sejra sa minn meta Vince Farrugia f'isem il-GRTU kien hareg pubblikament favur is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja u accenwat meta Vince Farrugia ikkontesta ghall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Issa din il-kampanja ta' mibgheda hadet is-sura ta' attakk kontinwu ta' assassinju tal-karattru. Id-Direttur tal-GRTU ressaq l-kaz ghand il-Pulizija ghax il-GRTU tqies dan l-attakk fuq il-media bhala att kriminali.
L-perm tal-attakk tal-GWU hu l-frazi li Tony Zarb wara pressjoni ma tieqaf xejn fuq l-ufficjali tal-MCESD gieghel li tiddahhal fil-Minuti tal-MCESD minn wara dahar id-Direttur Generali tal-GRTU. Din xi haga li qatt ma grat qabel fl-MCESD. Qatt qabel ma giet approvata Minuta li tikkwota membru tal-MCESD minghajr l-approvazzjoni specifika tal-membru li jkun qed jigi ikkwotat. F'dan il-kas mhux biss Vince Farruigia gie ikkwotat b'mod falz u barra mill-kuntest imma ukoll ma giex ikkwotat fuq il-punt principali li qajjem f'dik il-laqgha tal-MCESD bhal ma dejjem isir meta jinkitbu l-Minuti tal-MCESD. Id-Direttur tal-GRTU f'isem il-GRTU kien attakka lil GWU li fi zmien ekonomikament difficli ghall-membri tal-EU kollha u l-aktar il-pajjizi z-zghar tal-EU. Il-GWU f'Malta minflok tikkopera ha halli flimkien nsahhu dak li akwistajna bhala pajjiz u li ghandna biex niftahhru bih b'paragun mad-disastri li ghandhom pajjizi ohra akbar minnha, il-hin kollu teqred u tara kif taqta' qalb in-nies meta taf li b'fiducja u ghaqda nazzjonali biss nistghu nsahhu l-produttivita' nazzjonali li hi l-unika triq ta' progress ghall-haddiema u s-sidien tan-negozji Maltin. Minflok wiegeb ghall-kritika tal-GRTU a tempo vergine dak il-hin tal-Laqgha u talab kull kjarifika li kellu dritt ghaliha Tony Zarb, kontra kull procedura stabbilita' fl-MCESD, hareg mil-laqgha bla ma wiegeb xejn ghal li qal id-Direttur Generali u gimghat wara ivvinta din l-istorja dwar attakk minn Vince Farrugia fuq il-haddiema prekarji. Id-direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia cahad mal mal-ewwel u b'mod dak li qal Toni Zarb izda Vince Farrugia jichad u jibqa' jichad b'mod l-aktar kategoriku. Imkien u qatt Vince Farrugia, li ghandu warajh karriera twiela jaqbez ghaz-zghir, ma qat uza kliem spregudikattiv kontra xi settur ta' haddiema.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-GRTU jesprimi unanimament il-fiducja shiha tieghu u tal-imsiehba tal-GRTU f'Vince Farrugia u tesprimi il-graditudni u sodisfazzjon shih ghax-xoghol enormi li Vince Farrugia jaghmel f'isem is-Self-Employed u s-sidien tan-negozji Maltin li b'kuragg u hila juri f'kull cirkostanza f'Malta u fl-Unjoni Ewropeja kontra kull attakk anke jekk ta' natura personali li jsoffri f'isem il-GRTU. Il-GRTU tikkundanna bla riserva dan l-ahhar attakk mimli mibgheda u intimidazzjoni kontra persuna li qatt ma beza' jaqdi dmiru b'integrita'shiha. L-GRTU tinnota b'dispjacir li sfortunatament ghall-Malta, l-GWU ma tinbidel qatt; jew wiehed jaqbel maghha jew mal-linja tal-mexxejja, jew hu min hu, hi min hi, jkollu/ha jsofri l-madmad intimidatorju li f'Malta l-GWU ghandha s-sahha li torkestra. Sfortunatament il-GWU dejjem issib min hu dghajjef u joqghod ghall-intimidazzjoni. Il-GRTU u id-Direttur Generali tal-GRTU ma joqghodu qatt ghall-intimidazzjoni tal-GWU.