Attakk bla sens mill-GWU fuq il-GRTU: Id-Direttur Generali tal-GRTU kategorikament jichad l-insinwazzjonijiet tas-Segretarju Generali tal-GWU – Fil-program "Affari Taghna" li ser jixxandar illejla fuq l-istazzjon ONE illum il-Gimgha 17 ta' Frar, is-Segretarju Generali tal-GWU Tony Zarb, jattakka bl-aktar mod insensat lid-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia, f'attentat car u bla sens li jcekken il-kredibilita' tal-GRTU u d-Direttur Generali ta' l-istess GRTU. Tony Zarb jinsinwa li d-Direttur Generali tal- GRTU f'laqgha tal-MCESD ghajjar lill-haddiema ‘grieden'. Id-Direttur Generali tal-GRTU jichad dan bl-aktar mod kategoriku.
Il-GRTU ssostni li is-Segretarju Generali tal-GWU qieghed, bla ebda etika ta' xejn jikwota bl-addocc minn dak li ntqal waqt diskussjoni fl-MCESD. Skond l-etika u skond ir-regolamenti ta' l-istess MCESD, diskussjonijiet u l-minuti tal-MCESD huma kunfidenzjali u dan biex kull diskussjoni tkun libera. Id-diskors li qieghed ikun ikwotat minn Tony Zarb hu diskors tad-Direttur Generali tal-GRTU li kien immirat kontra l-attitudni negattiva u zbaljata tal-GWU li tmaqdar biss u teqred il-hin kollu dwar l-avvanz ekonomiku u socjali li qieghed jaghmel pajjizna li skond il-GRTU qieghed isir bil-ghan car li jaqta' n-nifs lin-nies fin-negozju u jwerwer lill-konsumaturi milli jixtru u lis-self employed milli jinvestu. Id-Direttur Generali tal-GRTU sostna fl-MCESD, u ghadhu jsostni, f' isem il-GRTU li qieghda ssir hsara kbira lill-kummerc f'Malta u l-image ta' Malta barra minn Malta, meta l-GWU jaghmlu attakki bla sens u kontinwi fuq dak li qieghed jakwista pajjizna fil-qasam tax-xoghol u ta' l-avvanz ekonomiku fi zminijiet difficli ghaz-zona tal-Ewro u ghall-hafna pajjizi Ewropej akbar minn Malta.
Id-Direttur Generali tal-GRTU kritika ukoll lil GWU ghall-kampanja li qed taghmel biex tattira lis-self employed biex jidhlu fil-GWU dan wara li l-GWU kienet ilha ghexiren ta' snin tajjar lis-self employed Maltin bhala evasuri tat-taxxi u hallelin u tinstiga biex l-awtoritajiet jibghatulhom l-inspectors u jsallbuhom.
Kien f'dan il-kuntest li d-Direttur Generali tal-GRTU kien iebes fil-konfront tal-GWU u accenna li post fil-GRTU ghal min jevadi u jinnegozja b'mod illicidu ma hemmx u li dawn it-tip ta ‘grieden' jekk trid tehodhom il-GWU affari taghhom. Qatt u fl-ebda kuntest id-Direttur Generali tal-GRTU, jew xi wiehed mill-mexxejja tal-GRTU, ma jasal li b'xi mod ikun insulenti lejn il-haddiema. L-istabilimenti u l-intraprizi li jmexxu l-imsiehba tal-GRTU jiddependu, l-ewwel u qabel kollox mil-hila u inizjattiva' tas-sidien li jmexxuhom, imma jridu ta' kuljum mil-abilita' u l-entuzjazzmu tal-haddiema taghhom. Il-GRTU temmen li huwa bl-isforz ta' kulhadd, sidien, haddiema u Gvern, li l-pajjizna nistghu ngibuh il-quddiem.
Ghalhekk li l-GRTU u d-Direttur Generali Vince Farrugia jichdu l-insilwazzjoni li qieghed jaghmel is-Segretarju Generali tal-GWU. Id-Direttur Generali tal-GRTU illum fetah proceduri fil-Qorti biex l-abbuz min naha tas-Segretarju Generali tal-GWU jigi mrazzan u fil-granet li gejjin ser jiehu passi biex il-verita' kollha tinstema' fil Qorti fi proceduri ta' libel.