Il-Gvern accetta t-talba tal-GRTU illi z-zmien stipulat (sal-ahhar ta' Mejju) biex is-sidien tan-negozji li ghandhom licenzja ta' confectionery u ukoll licenzja li tippermettilhom li jbieghu prodotti alkoholici (imbejjed, spirti u birra) jkollhom iwaqqghu wahda minn dawn iz-zewg licenzji sal-15 ta' Gunju 2011.
Il-GRTU izda isostni bil-qawwi li l-Gvern aktar milli jestendi kellu jkun gust u jbiddel mill-ewwel l-Avviz.Legali anomalu u ghal kollox ingust li qed jipprova b'sahha tal-Ligi jimponi fuq is-sidien ta' dawn in-negozji u naqsilhom id-drittijiet naxxenti mill-licenzji taghhom. Ghas-sid tan-negozju l-licenzja hija valur importanti tan-negozju tieghu. M'ghandu l-ebda dritt il-Gvern jekk mhux b'decizjoni ta' Qorti li jaqbad u jillegizla b'sepliciment Avviz Legali li sid ta' negozju ghandu jarmi bicca min negozju tieghu. Ghalhekk il-GRTU issostni li dan l-Avviz Legali hu zbaljat u ghandu jigi emendat bla hafna tidwir aktar.
Il-bicca ‘l kbira tal-confectioners mifruxa ma Malta u Ghawdex kollu lill-Gvern ma holqulu l-ebda inkonvenjent bil-licenzja li ghandhom. Ghalhekk kellu jhallihom bi kwiethon. Dawk li holqu l-problema kienu ftit illi jbieghu primarjament xorb alkoholiku u l-aktar f'zoni maghrufa bhala postijiet ta' divertiment frekwentati miz-zaghzagh u li ukoll inghataw licenzja ta' confectionery barra l-licenzja li kellhom li tippermettilhom li jbieghu xorb alkoholiku. Bis-sahha ta' din l-licenzja ta' confectionery huma setghu jgawdu mill-vantagg li illum ghandu confectioner illi jibqa' miftuh is-sieghat kollha.
Gvern tal-affari tieghu jillegizla biex isolvi problema u mhux jillegizla biex johloq diversi problemi. Il-GRTU ghalhekk issostni li fl-iqsar zmien possibli l-Gvern ghandu jaqbat u jemenda jew jirrevoka minnufih l-Avviz Legali 96/2011 u floku jintroduci Avviz Legali iehor li jindirizza l-problema li tezizti u mhux jibqa' jsostni li ghandu jsallab lill-confectioners kollha.
Il-GRTU diga infurmat lill-Prim Ministru, lill-Onorevoli Mario de Marco u lill-Onorevoli Jason Azzopardi li l-GRTU f'isem il-confectioners lesta biex tikkopera bis-shih sabiex il-confectioners li jbieghu primarjament prodotti ta' dolcerija u ikel, filwaqt li jibqghu jzommu l-licenzja li tippermetilhom li jbieghu ix-xorb, jikkommettu ruhhom taht struttura legizlattiva adegwata, li ma jhallux l-hwienet taghhom ikunu lok ta' abbuz ta' bejgh ta' alkohol liz-zaghzagh specjalment fil-hinijiet ta' wara d-disgha ta' filghaxija.