Il-Wiehed u Sittin Laqgha Generali Annwali tal-GRTU
Il-GRTU tkompli tikber
Il-GRTU illum ghalqet b’success il-Wiehed u Sittin Laqgha Generali
Annwali taghha li kkonkludit is-sena ta’ hidma 2009 u taghat ftuh ghal
sena ta` hidma 2010. Il-laqgha general inzammet fil-kwartieri tal-GRTU
fi Triq ir-Repubblika il-Belt.Id-diskorsi ewlenin waqt il-Laqgha
Generali kienu dawk tal-President Paul Abela u tad-Direttur Generali
Vince Farrugia.Id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia ipprezenta
r-Rapport ta’ Hidma ghas-sena 2009. Vince Farrugia qal li din kienet
wahda mill-aghar snin ghal-ekonomija mondjali. F`hafna pajjizi
il-qaghad qabez l-ghoxrin fil-mija, s-salarji gew imqaccta u l-bejgh
mill-hwienet f’xi pajjizi bhal Latvia naqas aktar minn 30%. F’ Malta
skond l-istatistika tal-Eurostat il-bejgh mill-hwienet naqas b’19.6% li
hi r-raba l-aktar waqa fil-bejgh fost il-pajjizi tal-EU fejn il-medja
hi ta’ nuqqas ta’ 4%. Kompla jghid li l-prospetti ghas-sena 2010 ma
tantx huma tajbin u ghalhekk hu importanti hafna li ahna nkomplu
nixprunaw il-Gvern biex jaghmel dak li hu possibli sabiex in-negozji
zghar ta`pajjizna ma jitkissrux.
Id-Direttur Generali qal li l-GRTU wzat ukoll l-influwenza li dejjem
tikber li llum ghandna il-GRTU fil-EuroCommerce, fil-UEAPME, fl-EESC u
mall-Kummissjoni Ewropea biex ikun assigurat li l-Unjoni Ewropea
jkollha pakkett ta` stimulu ekonomiku li jipprijorizza l-intrapriza
zghira u medja. Il-pakkett ta` stimulu li ir-rapprezentanti tas-sidien
tan-negozji zghar u medji ewropej gghelu lill-Unjoni Ewropea taddotta
jiehu wkoll in konsiderazzjoni l-problemi tal-ekonomiji zghar bhal
Malta u wkoll il-problemi tal-intraprizi zghar u medji f’kuntest ta’
ekonomija zghira u miftuha bhal Malta. Dan fuq insistenza tal-GRTU ta’
Malta.
Is-Sur Farrugia semma wkoll li l-GRTU qed tahdem hafna
fil-lokalitajiet grazzi ghall-kooperazzjoni shiha li ghandha ma hafna
Kunsilli Lokali kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari responsabbli
mil-Kunsilli Lokali Dr Chris Said. Qasam importanti iehor li semma u li
l-GRTU attiva hafna fih hu dak tal-ambjent: l-immaniggjar ta` skart u
problemi ta` energija u ta`riciklagg. Il-GRTU illum thaddem skema
ta`compliance u immaniggjar ta` skart ricikabbli li hi l-aqwa
fil-pajjiz. Illum Green MT, li hi kumpanija 100% owned mill-GRTU, hi
responsabbli ghall-gbir ta` kwazi elf u tmien mitt (1800) tunnellata
ta`skart tal-ippakkeggjar u bil-kuntratti li ghandna ma` numru kbir ta`
Kunsilli Lokali qed tigbor 79% tal-iskart kolllu li l-membri fl-iskema
poggew fuq il-waste stream ta’ Malta fl-ahhar tlett xhur. B’rizultat
ta’ dan l-imsiehba fl-iskema tal-GRTU illum qed jiffrankaw li jhallsu
l-ECO Kontribuzzjoni li tfisser iffrankar ta mijiet ta’ eluf ta’ euro
ghall-imsiehba. Il-GRTU accettat dan l-obbligu li thaddem hi skema
bhall din biex wkoll ftizgura li ir-retailers ma jkunux imghkela
mil-Kunsilli Lokali jhallsu biex jingabrilhom li skart li ghalih qed
ihallsu l-imsiehba tal-iskema tal-GRTU u biex l-importaturi
jitnaqqsilhom l-piz enormi li ghandhom taht il-ligi. B’dan il-GRTU
wkoll qed tghin bil-kbir biex pajjizna jkun aktar nadif u nkunu kapaci
nibzghu aktar ghal sahhitna u nindukraw l-interessi tan-nies kollha li
jaqalghu hobzhom minn dan is-settur.
Id-Direttur semma wkoll ix-xoghol kollu li ghamlet il GRTU din is-sena
fuq ir-Riforma tal-MEPA, it-Turizmu, u l-iskema tal-Pharmacy of Your
Choice. B’moghod specjali din is-sena l-GRTU hadmet biex l-iskemi ta’
appogg lin-negozji li jithaddmu mill-Malta Enterprise jkunu miftuhin
ghal kull tip ta` negozju u mhux biss ghall-manifattura. Illum
kummercjant, sole trader, u kull settur, anke retailer u self employed,
jista` japplika ghal ghajnuna.
Vince Farrugia qal li matul din is-sena il-GRTU enfasizzat hafna
l-qasam internazzjonali. Barra li zammet lill-membri taghha aggornati
fuq l-issues li l-Kummissjoni Ewropea tressaq ghall-konsultazzjoni lil
organizazzjonijiet bhal GRTU u li dwarhom tkun trid l-opinjoni
tal-kummercjanti Maltin, il-GRTU hadmet wkoll biex wetqet l-programm
ta` hidma miftiehem fuq livell Ewropew mall-EuroCommerce u l-UEAPME,
iz-zewg organizazzjonijiet li maghhom l-GRTU hi integrata. Il-GRTU
hadmet ukoll biex issib swieq godda u opportunitajiet godda
ghan-negozji rapprezentati mill-GRTU u rnexxielha tilhaq ftehim ma`
numru ta` organizazzjonijiet u kmamar li jirraprezentaw lin-negozji
zghar u medji f’diversi pajjizi biex dawn joffru l-ghajnuniet kollha
taghhom lis-sidien tan-negozji Maltin li jfittxu kummerc u investiment
gdid u inizzjattivi godda ma` pajjizi ohra. Vince Farrugia qal li
s’issa il-GRTU ghamlet ftehiem bhal dawn ma organizazzjonijiet bhal
GRTU mil-Polonja, l-Indja, il-Qatar, l-Isvezja u id-Danimarka.
Fil-konkluzjoni tad-diskors tieghu d-Direttur Generali qal li f`Malta
ahna forsi l-aktar organizazzjoni minn fost dawk il-membri tal-MCESD li
huma attivi u jressqu proposti. “Nemmnu li z-zmien tal-konflitt ghadda
u li permezz ta` djologi socjali kontinwi bejn l-imsiehba socjali u
l-Gvern nistghu naslu ahjar biex naghtu lil pajjizna ekonomija li
dejjem tikber u li socjalment tkun gusta. Qal ukoll li l-GRTU dejjem
titjieb u qed noffru servizz aktar professjonali li hu apprezzat minn
numru dejjem aktar ta’ sidien ta’ negozji. Hu ghalhekk li fit-2009
rajna zieda ta’ 394 membri godda u dan fi zmien meta hafna negozji
Maltin qed ihossu l-afsa iebsa tar-ricessjoni ekonomika.”
Ghalaq il-Laqgha l-President tal-GRTU Paul Abela. Hu semma li din
is-sena l-GRTU ccelebrat bil-kbir s-sittin Anniversarju tal-GRTU u
fakkar li l-GRTU ghada tahdem b’success fuq l-istess principji u valuri
li ssawwru sa mit-twelid taghha aktar min sittin sena ilu u kibret u
bniet l-organizzazzjoni taghha illum hi l-forza ewlenija f’pajjizna li
tipprotegi u tiggieled ghan negozji zghar u medji. Qal li “n-nies
taghna jaghtu servizz lill-komunita, jhaddmu flushom, jirsistu u
jinvestu u jhaddmu n-nies u huma wkoll ghandhom drittijiet kemm bhala
sidien ta’ negozji kif ukoll bhala cittadini. It-triq li mxejna
f’sittin sena kienet twila u kburin b’li ghamilna. It-triq li baqghalna
quddiemna hi twila wkoll. Jien zgur li hi isbah, imma mhux ehfef.”
Il-President semma wkoll kemm il-GRTU stinkat biex dhalna fl-Unjoni
Ewropea “anke akkost tas-sagrificcji li x’uhud minna kellhom jaghmlu,
ghax nemmnu li l-Ewropa hi l-ahjar garanzija li s-suq zghir taghna jkun
jista’ jikber biex l-kummerc ikompli jespandi u uliedna jkunu jistghu
jibqghu jkabbru.”
Qal wkoll li l-GRTU illum ma tgergirx u tikritika biss, ahna nisimghu
lin-nies taghna, niehdu pariri ta’ shabna fuq livell Ewropew u
tal-esperti taghna u mmorru ghand l-awtoritajiet b’soluzzjonijiet
alternattivi ghal dak li jfasslu wahedhom l-politici u l-burokratici.
“Meta jkellmuna minn qabel, nghinu l-awtoritajiet jaghmlu l-affarjiet
sewwa.”
Il-President awgura lil dawk prezenti sena tajba rringrazzjhom
tas-sapport kollu li taw f’dawn is-snin kollha. Irringrazzja b’mod
specjali lid-Direttur Generali Vince Farrugia, lill-istaff formidabbli
li illum thaddem il-GRTU, lill-Kunsilliera, lill-membri kollha
tal-Kumitati u lil tant membri u voluntiera li jahdmu minn qalbhom
ghall-GRTU.