Fl-Ahhar laqgha li l-GRTU kellha mal-membri taghha fin-Naxxar, gie deciz li jinhatar Kumitat sabiex jirraprezenthom fil-laqghat mall-Gvern u Awtoritajiet ohra koncernati. Waqt din il-laqgha, Michael Galea, Vici-President Lokalitajiet informa lil dawk prezenti li l-GRTU ghan nom tas-sidien baghtet l-objection lill-MEPA dwar dan il-progett.
Il-MEPA permezz ta' korrispondenza infurmat lill-GRTU li ser tkun involuta u infurmata b'kull process dwar din l-applikazzjoni.
Michael Galea flimkien ma Dr Martin Fenech qablu li jigi iffurmat Kumitat apposta sabiex ikun jista` jirraprezenta` lis-sidien. Il-Kumitat jkun kompost minn rapprezentant tal-GRTU flimkien mal-avukat u zewg rapprezentanti min naha tal-hwienet skond ic-cirkostanzi. Rapprezentanza ghan nom tar-residenzi issir apparti minn Dr Martin Fenech.
Giet diskussa ukoll il-korrispondenza li l-GRTU baghtet lill-Planning and Priorities Coordination Division (PPCD). Il-PPCD infurmat lill-GRTU li l-korrispondenza kienet ser tigi ipprezentata lill-bord li hu inkarigat min dawn il-progetti sabiex tingibed l-attenzjoni qabel ma jsiru aktar zviluppi dwar din l-applikazzjoni.
Michael Galea talab lis-sidien li jekk ghandhom xi proposti li jistghu jkunu validi ghal waqt id-diskussjonijiet iressquhom ghad-diskussjoni sabiex wara tigi diterminata strategija ta' kif ghandhom jimxu l-laqghat.
Fost id-diversi proposti li saru nsibu:
Din il-laqgha saret fis-16 ta' Gunju fl-Ufficcju ta' Dr Chris Said u kienet laqgha kordjali hafna fejn l-GRTU ghan nom tas-sidien ipprezentat it-thassib taghhom dwar dan il-progett. Dr Said ha nota ta' dan kollu li ighidnilu flimkien mall-korrispondenza li ghaddiet bejn il-GRTU u l-Ministeru. Dr Said ser jorganizza laqgha mall-Kunsill Lokali tan-Naxxar fejn wara jerga jiltaqa' maghna sabiex inkomplu niddiskutu.