
Ghall-GRTU
il-holqien tax-xoghol u s-support tal-intraprizi Maltin, li 98% minnhom huma
micro u small, biex dawn jibqghu jhaddmu u jahdmu, ghandu jibqa' l-ewwel
prijorita' fuq l-Agenda tal-Gvern.
L-In-Depth
Review li ppubblikat l-Kummissjoni Ewropeja dan ix-xahar dwar l-izbilanci
macro-ekonomici ta' numru ta' pajjizi membri tal-Unjoni Ewropeja, hu tajjeb
ghall-Malta ghax pajjizna mhux ikklassifikat ma' dawk il-pajjizi Ewropej li
ghandhom problemi serji u hu konfortanti in vista ghal kummenti negattivi li
kienu intqalu dwar Malta. Imma xorta wahda dan ir-Review jenfasizza
l-importanza tas-sostenibilita' tal-finanzi ta' pajjizna minhabba ir-riskji
serji li pajjizna ghandu kawza ta' popolazzjoni li qed tikber fl-eta' u il-piz
qawwi ta' pizijiet finanzjarji li jiffaccja pajjizna. Il-Gvern ghalhekk ghandu
jimxi bi prijorita' fuq dak li hu l-aktar importanti. U ghall-GRTU top of the list jibqa'
x-xoghol.F'dan il-kuntest ghalhekk il-GRTU tibqa' ssostni li l-Gvern ghandu
jzomm bhala prijorita' gholja li l-izbilanci macro-ekonomici jkunu mharrsa u
jitfassal pjan serju bil-ko-operazzjoni
mal-imsiehba socjali halli dawn l-izbilanci ma jkomplux jitwessghu u jduru
minflok f'bilanci pozittivi. Il-qofol ghandu jibqa' s-sostenn tal-prodotturi
diretti ta' prodotti u servizzi u is-sostenn lill-intraprizi iz-zghar. Il-GRTU
temmen li m'hawnx soluzzjonijiet facli u xejn ma jsir wahdu. Ix-Xoghol jinholoq
mill-intrapriza u l-holqien tax-xoghol bhala prijorita' assoluta jfisser
sostenn serju lill-intrapriza zghira privata. Sostenn bil-fatti u mhux biss
weghdi.
Id-decizjonijiet
minn naha tal-Awtoritajiet iridu jittiehdu bla telf ta' zmien jekk il-qghad
irid jitrazzan u mhux jizdied.
Iz-zmien
tal-kliem u suggerimenti ghadda. Issa, qabel ikun tard wisq, irridu azzjoni.