Fil-Laqgha
tal-MCESD tal-lum fejn saret diskussjoni dettaljata fuq is-servizzi disponibbli
ghall-finanzjament ta' progetti ta' intraprizi Maltin, il-President tal-GRTU,
Paul Abela, ghamel appell qawwi lill-Banek Kummercjali Maltin biex bla telf ta'
zmien inaqqsu ir-rati ta' interessi li l-banek Maltin jimponu fuq self lill-intraprizi
Maltin.
"Ghal
darb' ohra il-Bank Centrali Ewropew qed inaqqas ir-rati ta' interessi biex
l-Ewropa tkun tista tqum fuq saqajha u tikkumbati il-qghad bis-sahha ta'
espansjoni ekonomika iggenerata minn self gdid, f'Malta izda jitnaqqsu kemm
jitnaqqsu l-interessi fuq is-self fil-kumplament taz-Zona Ewro qisu li
ghan-negozji zghar Maltin ma jsir xejn. Is-Sanction
Letters kollha li l-banek kummercjali Maltin johorgu lill-intrapriza
Maltija qatt ma jkunu b'rata ta' intressi ta' anqas minn 6% meta ir-rata
tal-imghax fuq id-depoziti tal-Maltin fil-banek hi mizera. Mhux ta' b'xejn li
l-banek Maltin jiddikjaraw tant profitti." Insista Paul Abela.
"Jien
miniex nghid li l-banek ghandhom jiddajfu izda mhux sewwa li l-banek ihallu
tant depoziti kbar bla qliegh fil-Bank Centrali imbghad jaghmlu il-profitti
taghhom minn fuq l-intraprizi li jhaddmu in-nies u jikrejaw il-gid billi
jimponu fuqhom rati ta' interessi li huma ezorbitanti. L-intraprizi z-zghar
iridu jikkompetu ghal kreditu tal-banek mal-izviluppaturi u progetti kbar, ghax
ghal snin twal ikun aktar komdu ghal banek li jisilfu somom kbar lill-izviluppaturi
u progetti tal-izvilupp bit-tama li l-banek jaqilghu hafna fuq self kbir milli
jifirxu flushom fuq negozji zghar fejn il-qliegh ikun inqas jekk ma jimponux rati
ta' interessi gholjin kif fil-fatt jaghmlu" kompla Paul Abela.
Il-President
tal-GRTU appella lill-Malta Financial
Services Authority (MFSA) u lill-Bank Centrali ta' Malta li bejniethom huma
responsabbli li jizguraw li l-intrapriza Maltija tkun moghqdija b'finanzjament u
bi prezz gust, biex jizguraw li din is-sitwazzjoni tittranga u appella ukoll
lill-MCCAA li ghandha responsabbilta' ghal kompetizzjoni gusta, biex tara li
l-banek dominanti Maltin m'humiex jabbuzaw mill-pozizzjoni dominianti taghhom
fis-suq. Il-President tal-GRTU appella ukoll lill-Gvern biex jizgura li r-Regulaturi
Pubblici jaraw li jsir kull sforz biex ir-rati tal-interessi fuq is-self
lin-negozji Maltin jitbaxxew.
"It-tkattir
ekonomiku ma jigix wahdu. Mhux bizejjed li s-sidien tal-intraprizi Maltin
jinvestu u jhaddmu l-bicca l-kbira tal-Maltin, dawn iridu mill-Banek u hafna
drabi l-imprendituri zghar Maltin qed li flok li jahdmu ghalihom infushom, huma
qeghdin fil-fatt jahdmu ghal banek" ikkonkluda Paul Abela President tal-GRTU fl-MCESD.