Ir-regolamenti l-godda li hareg il-Ministru tas-sahha bhala responsabbli mill-Awtorita' ghas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol fl-ahhar ta' Jannar – Regolament tal- 2012 dwar is-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol (Hlas ta' Penali) – mill-Occupational Health & Safety Authority (OHSA) – jinkorporaw bidla pozittiva li l-GRTU f'isem in-negozji micro, zghar u medji Maltin ilha tirsisti ghalih is-snin. Ghaliex biha il-GRTU rebhet glieda kbira li ilna nahdmu ghaliha.
Sal-Lum il-bicca il-kbira tar- regolamenti li kien johrog il-Gvern kienu jfajjru multi f'multi ghal bosta snin fejn insistejna li l-penalitajiet ikunu "dejn civili" u li l-hlasijiet jistghu jithallsu bin-nofs fuq tlett snin. In-negozji li jridu hu li mhux biss jithallsu fil-pront irrispettivament mill-pozizzjoni finanzjarja tan-negozju milqut, imma ukoll il-multi kienu ta' natura kriminali, li jfisser li jekk ma jithallsux is-sid tan-negozju jmur il-habs. Sfortunatament hekk ghadhom hafna regolamenti. Dawn ir-regolamenti izda, b'sodifazzjon ghall-GRTU jibdlu dan kollu u l-multi qed ikunu dikjarati li huma ta' natura civili jigifieri kienet thobb wisq tikkriminalizza l-izbalji tal-kummercjant.
Il-GRTU kienet wahedha tiggieled kontra s-sistema' antika. Dan ukoll kien commitment personali tal-Onorevoli Lawrence Gonzi lill-GRTU li kull meta jidhlu penali jkunu taht forma ta' "dejn civili" u mhux ta' multi ta' natura kriminali li jistghu jwasslu ghal habs bhal ma huma dawk fil-Ligi tal-VAT u li l-GRTU tant iggieldet u ghadha tiggieled kontrihom. Il-GRTU issostni li jek is-sid ta' intrapriza li jahdem u qatt ma jiehu xejn mill-Gvern, jhaddem in-nies u jkattar il-gid b'xi mod jonqos u m'ghandux jintefa' l-habs izda jinghata kastig ragonevoli.
Il-GRTU pero tipprotesta kontra l-mod negattiv ta' penalitajiet bl-addocc imposti min naha ta' din l-Awtorita'. Il-GRTU temmen li fil-qasam tas-sahha fuq il-post tax-xoghol, l-aktar fejn jidhlu negozji zghar u self-employed hemm hafna lok ghall-aktar tharrig u informazzjoni u edukazzjoni. Minflok aktar edukazzjoni u aktar skemi mill-Malta Enterprise u l-Awtroita' innifisha halli s-sidien ta' intraprizi u self employed ikunu jistghu jaffordjaw jibdlu u jzommu dejjem up to date l-apparat taghhom izda l-Gvern qieghed jiehu t-triq aktar irhisa ta' multi u persekuzzjoni. Il- GRTU hi kontra dan il-mod negattiv lejn l-intrapriza u s-self employed. Il-GRTU tibqa' tinsisti li waqt li l-enforcement ghandu jsir izda hu aktar importanti li l-Gvern jghin lill- intraprizi z-zghar b'aktar tahrig u skemi adatti biex fl-anqas zmien possibli u b'lanqas tbatija finanzjarja ghas- self employed u s-sidien ta' negozji zghar,Malta tilhaq l-ghanijiet ta' aktar sahha u sigurta' fuq il-postijiet tax-xoghol kollha. Ghas- self employed u s-sid tan-negozju z-zghir dan hu mportanti ghaliex is-sahha fin-nofs hi fil-bicca l-kbira tal-kazi tas-sid stess u tal-familja tieghu kif ukoll tal-impjegati tieghu.