Fl-14 ta' Lulju 2011 l-Onorevoli Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari ghan-Negozji Zghar, nieda perjodu ta' konsultazzjoni pubblika dwar is-swieq fil-berah. F'dan il-perjodu l-Onorevoli Azzopardi stieden l-kummenti u s-suggerimenti ta' dawk kollha interessati f'dan il-qasam. L-ghan ewlieni u li ssir riforma li tkun tirrifletti l-bzonnijiet ta' dan il-qasam, f'bilanc bejn il-bzonnijiet tal-bejjiegh, ix-xerrej, u dawk kollha li b'xi mod huma involuti direttament jew indirettament.
Il-GRTU laqghet b'entuzjazmu din l-white paper u rringrazzjat lill-Onorevoli Azzopardi tax-xoghol siewi u l-kooperazzjoni shiha li dejjem sabet min naha tieghu. Il-GRTU taqbel li dawn is-swieq fil-berah jaghtu karattru lill-irhula u l-ibliet taghna, jaghtu servizz lill-persuni li jinqdew minnhom, jiggeneraw ix-xoghol, u fuq kollox jikkontribwixxu lejn l-ekonomija tal-pajjiz.
Filwaqt li l-GRTU tirrikonoxxi l-importanza tas-swieq fil-berah, taqbel perfettament li ghandha issir evalwazzjoni fl-isfond tar-Regolamenti tas-swieq fil-berah f'Malta u Ghawdex. Taqbel ukoll li ghandha tigi proposta struttura legali gdida u effettiva ghal dan s-settur filwaqt li jigu mharsa l-interessi ta' dawk kollha involuti.
Il-GRTU taqbel ma hafna mir-rakkommandazzjonijiet prattici ghal kwistjonijiet organizzattivi u manigerjali proposti, ghalkemm hemm aktar x'wiehed izied. Ma ssibx oggezjoni li l-Kunsilli Lokali jiehdu rwol izjed attiv fl-immaniggjar tas-swieq fil-berah preferibilment bil-partecipazzjoni tal-GRTU bhala l-Assocjazzjoni li tirraprezentha l-Komunita' Kummercjali f'Malta u Ghawdex.
Il-GRTU taqbel mall-proposta ta' kif ser jinhargu u jithaddmu l-licenzji fosthom li tinholoq sistema elettronika fejn jigi identifikat il-bejjiegh. Il-GRTU taqbel u taghti s-support taghha sabiex jkun hemm swieq bil-berah ohra specjalizzati fosthom l'artiggjanat, snajja, prodotti tal-ikel u prodotti ohra esklussivament Maltin.
Filwaqt li l-GRTU tirringrazzja mill-qalb lill-Onorevoli Azzopardi ta' din l-White Paper tant mistennija sabiex tinstab soluzzjoni ghal dan is-settur, titolbu sabiex jikkonsidra s-suggerimenti li ghamlet bil-miktub fuq din l-kwistjoni.