Il-kwisjoni ta' l-arretrati tal-GRTU Fund issa ilha tkarkar wisq. Is-Soluzzjoni li qed nimponu nhossu li fic-cirkustanzi hi l-ahjar. Ma jbatux third partes, is-sidien jithallsu u l-Enemalta jkollha lanqas impatt fuq il-cash-flow.
L-Arretrati tal-hlasijiet li kien jmorru fil-GRTU Petrol Station Central Fund li twaqqfu mill-Enemalta fl-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Marzu 2011, ghadhom sa illum ma gewx imhallsa u ghalhekk ghadhom dovuti.
F'Jannar 2011 saret Laqgha bejn il-GRTU, l-Ministru Tonio Fenech, s-Segretarju Permanenti Alfred Camilleri, kif ukoll il-Kap Ezekuttiv ta' l-Enemalta Karl Camilleri, fejn gie miftiehem bil-miktub li dawn l-arretrati ghandhom jithallsu sa Frar 2011.
Wara bosta laqghat li saru mas-Sur Alfred Camilleri, dan dejjem ikkonferma li dawn l-arretrati ghandhom jithallsu mill-Enemalta lis-sidien individwalment.
Ghaldaqstant, wara dan kollu, il-Kumitat qieghed jaghti direttiva lill-membri , sidien tal-pompi tal-Petrol, li huma fil-GRTU fund, sabiex mit-12 ta' Settembru 2011 il-quddiem, dawn inaqsu mill-invoice l-ammont ta' €0.0047 fuq kull litru fuel li nxtara bejn l-1 ta' Jannar 2010 sal -31 ta' Marzu 2011.