Il-GRTU din l-gimgha regghet irceviet rapporti li l-industrija tal-kostruzzjoni f'affari ta' ftit granet regghet giet mitfuha f'konfuzzjoni ghax beda jieqaf il-process kollu mix-xoghol fil-barrieri.
B'nuqqas ta` ftehim u ppjanar bejn il-MEPA u l-MRA, l-awtoritajiet koncernati li jirregolaw il-process u l-uzu ta` esploziv fl-industrija tal-barrieri tal-qawwi, l-operaturi, l-haddiema, self employed u kuntratturi fl-industrija tal-kostruzzjoni ilhom jbghatu ghal dawn l-ahhar xhur ghal nuqqas li ghalih ma jahtu xejn.
Immedjatament wara l-barrieri jieqfu wkoll il-manifattura tal-prodotti tas-siment ghall-bini ghax dawn iridu z-zrar u r-ramel mill-barrieri u maghhom il-kuntratturi tat-toroq, tal-bini w il-burdnara tal-garr tal-materjali ghall bini.
Min hu responsabbli f'dawn l-awtoritajiet jaf sew li l-industrija tal-kostruzzjoni illum hi kontributur ewlieni ghall-prodott gross nazzjonali ta` pajjizna u meta jkun hemm anke l-inqas tip ta' intopp fil-MEPA l-ewwel li tieqaf hi l-industrija tal-barrieri tal-qawwi ghax ix-xoghol f'dawn il-barrieri jiddependi minn sensiela zghira ta` nies fl-awtoritajiet ikkoncernati.
Il-GRTU, li tirrapprezenta` lis-sidien tal barrieri, zviluppaturi u kuntratturi u self-employed f'din l-industrija qeghda titlob l-intervent tal-ghola awtoritajiet halli din il-kwistjoni tinqata` illum qabel ghada u tappella lil min hu responsabbli jiehu r-responsabilita li fuqu jiddependi l-ghejxien ta` dawn in-nies.