
Wara li l-GRTU ghamlet talba lill-Ministru Tonio Fenech li issa hu wkoll responsabbli mis-settur kummercjali, biex il-hwienet ikunu jistghu jifthu fil-granet ta' festi fil-gimgha ta' qabel l-Ghid. Illum Tonio Fenech approva l-Avviz Legali biex il-hwienet kollha jkunu jistghu jifthu nhar il-Hadd 16 ta' Marzu u nhar l-Erbgha 19 ta' Marzu (festa ta' San Guzepp) fil-hinijiet normali tal-ftuh tal-hwienet.
Il-GRTU tavza li l-ebda hanut ma hu obbligat li jiftah bilfors, l-ghazla hi f'idejn is-sidien. Il-GRTU izda gabet dan l-arrangament ghax deher car li sa din l-gimgha l-bicca l-kbira tan-nies kienu mghedija bl-Elezzjoni Generali u bil-hatra tal-Gvern gdid u ftit li xejn taw kaz li kienet wasslet l-festa l-kbira tal-Ghid u l-vaganzi tal-Ghid.
Il-GRTU ghalhekk issa li ghadda kollox tistenna li l-konsumaturi jsibu l-hin kollu disponibbli biex jaghmlu x-xirjiet taghhom ta' qabel l-Ghid bil-kumdita kollha.
Il-GRTU f'isem is-sidien tan-negozji tawgura lil kulhadd l-Ghid it-tajjeb.