Wara li f'Ottubru 2007 il-GRTU pprezentat f'isem id-Distributuri tal-Gas, il-claim ghall-aggustament tal-commission li jaqalghu kull distributur fuq kull cilindru li jbieghu, l-GRTU stenniet li sa l-ahhar tal-2007 kellu jintlahaq ftehiem. Il-process hu wiehed relattivament semplici ghaliex l-Enemalta u l-GRTU ilhom is-snin li qablu fuq il-formola ta' kif ghandha tkun iggustata din il-commission.
Effettivament hu kkalkulat l-gholi fil-pagi, l-gholi fil-prezz tad-diesel, l-gholi fil-prezzijiet ta' maintanance u hlasijiet ohra bhal insurance u obbligazzjonijiet legali, biex ikun deciz x'ghandu jkun ir-ritorn gust ta' kull distributur.
L-aggustament li jrid isir jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006, perjodu li fih id-distributuri sofrew zidiet kbar fl-ispejjez taghhom b'mod partikulari fuq id-diesel, u jwassal ghat-tlett snin li gejjin.
Mill-mod kif zvolgew il-komunikazzjonijiet bejn il-GRTU u l-Enemalta jidher bic-car li l-Enemalta, b'mod xejn professjonali, ippruvat iggebbed kemm tista' biex tevita decizjoni.
Illum il-Gimgha suppost li t-tahdidiet kellhom jaslu ghall-konkluzjoni taghhom. Minflok l-Enemalta baqghet ma tat l-ebda risposta lid-Distributuri tal-Gas. It-tahdidiet ghalhekk waqfu hesrem. Ghaldaqstant bi protesta kontra din l-indecizjoni u dewmien zejjed, ghada s-Sibt 9 ta' Frar mhux ser ibieghu cilindri tal-gas mill-postijiet fissi li kull nhar ta' Sibt ibieghu minnhom id-Distributuri ser jiltaqghu fil-GRTU ghada filghodu biex jiddeciedu kif l-ahjar li jipprocedu fic-cirkostanzi.
Id-distributuri tal-gas jiddispjacihom li qed ikunu kostretti li jiehdu azzjoni bhal din.