| 
			Illum fortunatament in-nies mhuxhmir. Ma tantx jimpressjonaw ruhhom mill-paroli fil-vojt u mill-islogans bla
 sens. L-aktar li jdejjqu in-fatti huma dawk li bhal pappagall jirrepetu hafna
 frazijiet u jirrepetu hafna stejjer li x’hin taghsarhom ma ssibilhom l-ebda
 sustanza. Ghax ghalkemm kulhadd ikejjel b’xibru, izda kulhadd jaf li l-manna ma
 taqax mis-sema. Li pajjizna hu pajjiz zghir u jrid aktar minn haddiehor milli
 haddiehor irid minna. Li dak li ghandna f’pajjizna: riservi, patrimonji,
 industrija, kummerc, biedja, sajd, tarznari, skejjel, sptarijiet,
 istituzzjonijiet, djar, banek, negozji, lukandi, portijiet, ajruport – hu
 x’inhu, ghamilnieh ahna l-Maltin bil-bzulija u l-makkakkerija taghna.
 			Kull min gie f’pajjizna, gab mieghu, mhux ma gabx, u l-Maltin tghallmu umexxew il-quddiem. Izda fl-ahhar mill-ahhar konna dejjem ahna li hadna hsieb
 taghna nfusna. Il-klassi politika Maltija, matul is-snin ma nistghux naqbdu u
 narmuha, ghax b’mod generali, biex ma noqghodux niddistingwu fost
 il-personalitajiet, kienu kapaci li dan n-naqra ta’ pajjiz jibnuh. Ma bnewx ghax
 sabu z-zejt jew ghax sabu t-tezori. Bnew ghax habblu rashom, ghax ma fdawx, ghax
 gharfu x’kien l-ahjar li jaghmlu fil-mumenti krucjali. Ghax lil hinn mill-genn u
 mis-sahna tal-partiggjanizmu, fl-ahhar mill-ahhar dejjem gharfu x’kien l-ahjar
 ghal pajjizna. Ghamlu zelqiet mhux m’ghamlux, izda jekk naraw anke l-istorja ta’
 dawn l-ahhar mitt sena, naraw kif il-mexxejja politici Maltin imxew sewwa.
 Mexxew lill-Maltin mid-dominanza imperjali ghall-ewwel self-government, ghal
 holqien ta’ l-iskejjel u l-iskemi ta’ assistenza socjali u ta’ tahrig, lil hinn
 mit-tkissir ta’ gwerra mondjali u farkittna. Mexxewna lejn il-holqien ta’
 welfare state u possibiltajiet ta’ xoghol godda f’pajjizna bla htiega ta’
 emigrazzjoni, lejn il-holqien ta’ valur ekonomiku produttiv f’oqsma li kwazi
 kienu mpossibbli ghal pajjiz ckejken bhal taghna bi ftit rizorsi bhal ma
 rnexxielna naghmlu fl-industrija u fil-biedja u fit-turizmu. Hloqna produzzjoni
 nazzjonali ta’ valur kbir, centri tal-finanzi, free port, banek ta’ kwalita’,
 servizzi essenzjali tajbin, portijiet u ajruporti armati sewwa u struttura u
 kwalita’ ta’ hajja li ma nistghux immaqdruha meta nqabblu ruhna ma pajjizi li
 bhalna huma nieqsa minn hafna rizorsi.
 			Fuq kollox izda, hrignamill-kolonjalizmu bla tixrid ta’ demm. Gibna r-riformi socjali u politici nterni
 filwaqt li sahhahna l-istituzzjonijiet demokratici taghna. Hadna postna f’dinja
 fejn, ghalkemm fost l-izghar nett, dejjem irnexxielna nsemmghu lehinna
 specjalment fuq in-naha t-tajba, favur l-istabbilta’, favur il-paci fid-dinja,
 favur in-nuqqas ta’ tensjoni, kontra l-armamenti, favur il-gustizzja, favur
 is-sewwa. Hadna fama bhala pajjiz zghir, kapaci, stabbli u hanin. Mhux ftit dan
 ghal pajjiz zghir. U dan mhux holm. Dawn huma fatti.
 			Fejn sejrinIssa
 pero’ qed iwebbluna li qisna f’xifer ta’ presipicju, jew lejliet l-ispluzjoni
 ta’ gid u hena li qatt ma rajna bhala. Dan hu holm u kliem esagerat. Jigri
 x’jigri f’pajjizna fis-snin li gejjin, ahna mhux ser nisparixxu jew ser
 ninbelghu. U jwieghduna kemm iwieghduna, hadd mhu ser jigi f’pajjizna u
 jaghmilna sinjuri u kuntenti. L-ghazla verament hija dwar modi differenti ta’
 kif ser inkunu kapaci nkomplu nhaddmu l-izviluppi politici, ekonomici, socjali u
 kulturali taghna. Dwar x’ghodod ser nuzaw biex nohorgu mill-problemi li ghandna
 u kif nistghu nibnu futur ahjar fis-sikurezza u bi kwalita’ ta’ hajja li tibqa’
 toghla. Izda zgur li l-ewwel irridu naghzlu l-ahjar mezzi biex insolbu
 l-problemi l-kbar li ghandna llum. Problemi kbar li d-dahna kbira ta’ kliem li
 hawn bhalissa dwar nidhlu u ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea bhal donnu qed jidfen u
 jinsa.
 			U din fil-fatt hi l-ewwel holma li l-poplu Malti jrid johrogminna. Mhux ghax, bhal ma jsir dejjem, kien hemm is-soltu xiri u xalar ta’ matul
 il-festi ta’ l-ahhar tas-sena, nahsbu li kollox sewwa u li l-problemi ghaddew.
 Il-problemi, l-aktar dawk ekonomici, mhux talli ma solvewhomx, talli qed ikomplu
 jikkargaw u jigravaw. Jien ktibt qabel il-Budget, li aktar ma budget speech
 idoqqulu trombi u jonfhuh aktar ikun budget li jintesa malajr. U hekk gara. Ghax
 il-Budget li ghadda diga indifen taht l-istatistika ekonomika li hierga.
 Statistika li qed turi li kontra t-tbassir tal-Ministru, id-dhul tal-gvern qed
 ikompli jnaqqas allavolja id-dipartiment tat-taxxa qed igennen lil kulhadd u qed
 jigri wara flus li mhux vera huma taghhom. Tant qed joholqu genn li hafna
 negozji u proprjetarji issa qed jaqtghu qalbhom li xi darba ser ikollhom cans
 jergghu jibdew ifendu bil-ghaqal u rega f’pajjizna qed jikber n-negozju
 tal-ghazzard u tal-ispekulazzjoni. Ghax illum hafna qed jirragunaw li hi iebsa
 wisq il-hajja li tmexxi intrapriza, thaddem in-nies u titfarrak bix-xoghol biex
 imbaghad igennuk bit-taxxi u bit-talbiet meta jahsbu jew joholmu huma li hemm
 il-qliegh. Hafna ghalhekk qed ibieghu jew jaghlqu u jaqilbu ghal negozju ta’
 qliegh aktar ta’ malajr u b’anqas tbghatija. Ghalhekk qed imorru ghal negozju
 ta’ l-ispekular. Bhal meta tispekola fil-proprjeta’ u fix-xiri u l-bejgh li ma
 tantx jidher ghax hu biss ta’ fuq il-karta. Dawn l-affarijiet isiru meta
 l-investitur ihoss li s-sitwazzjoni ghal investiment fit-tul, dirett u
 produttiv, mhux tajba. Ghalhekk jaghzel il-facli. L-ispekulazzjoni li ftit li
 xejn taghti sahha lill-pajjiz izda taghti hafna lil ftit.
 			Ir-realta’tal-lum
 Din hi realta’ li l-gvern jaqbillu jistenbah ghaliha ghax hi marda li
 ser tkompli tgherri dak li hu diga fjakk: l-entuzjazmu ta’ l-imprenditur Malti
 li jinvesti, jhaddem u jkabbar. Mhux l-ghazla bejn Shubija jew Partnership
 fl-Ewropa li qed jeqirdu l-ekonomija, izda l-attitudni ta’ min hu responsabbli
 li tefa lill-pajjiz f’dahna ta’ kliem fieragh meta l-bazi ekonomika ta’ pajjizna
 hi marida. Meta l-gvern qed jaghsar u jaghsar biex ifejjaq il-ferita kbira ta’
 dejn nazzjonali u ta’ dejn bejn Maltin u Maltin, negozji u negozji, u fuq kollox
 it-tragedja ta’ budget deficit li dejjem jikber. Il-qerda gejja ghalihiex
 minflok jghin lil min irid jipproduci, jahdem u johloq ix-xoghol, il-gvern aktar
 lest biex jonfoh lil min twebbel bil-progetti ta’ l-ispekulzzjoni. Iva, aktar
 lesti biex jonfhu l-ispekulazzjoni. Araw il-gurnali u taraw kif l-ispazju mohli
 bl-opportunitajiet ghall-ispekulazzjonijiet u kif qisu lill-ispekolaturi qed
 jittimbrawhom bhala eroj. Fittxu ha taraw jirnexxielkhomx issibu storja wahda
 ta’ xi investitur li jrid verament johloq jew ikattar negozju u johloq ix-xoghol
 fit-tul u jzid il-produzzjoni nazzjonali. Min qed jissogra, jivvinta u jinvesti
 fil-bzulija mhux veru li qieghed jigi mghejjun.
 			Tkellmu ma min tridumis-setturi ta’ l-industrija, tat-turizmu, tal-biedja u tas-setturi produttivi u
 araw issibux ottimizmu. Allura mhux bil-fors li r-revenue tal-gvern jonqos. Jekk
 jizdied ikun ifisser anzi li l-gvern ghadu mhux qed jifhem u jkun qed jibqa
 jigdem fil-laham il-haj lil min irid jahdem. Jekk, kif qed jigri izda, l-VAT u
 l-Income Tax jaghtu anqas, ikun ifisser li l-profitti qed jisparixxu u l-flus
 fil-but qed jonqsu u l-bejgh qed jonqos. Ghax kif tista zzid id-dhul mill-income
 tax meta l-ekonomija mhux tikber u l-profitti sparixxew? Kif trid izzid mill-VAT
 meta n-nies qed tonfoq anqas? U kif ser tnaqqas id-dejn meta tibqa tonfoq aktar
 milli ddahhal u l-isbilanc trid taghmel tajjeb ghalih bid-dejn? U kif ser tohloq
 opportunitajiet ghal aktar qliegh fil-futur jekk biex ittaffi d-dejn li qed
 taghmel illum, tbiegh l-assi li jridu jtuk il-profitt ghada biex taghmel tajjeb
 ghat-telf tal-lum? U kif ser issostni l-problemi ta’ l-industrija u tan-nuqqas
 tax-xoghol: bil-holm?
 			Joholmu Ghax hi holma, holma kbira nobis, dik
 li xi hadd qed jghid li l-Unjoni Ewropea ser tifthilna l-opportunitajiet ghal
 investiment u x-xoghol. Meta? Ghada? Is-sena d-diehla? Lil min? Lit-tarzna?
 Lill-bdiewa? Lil manifattura? Lill-kummercjanti? Lil-lukandi? Lil min? Fejnhom
 il-fatti? Fejnhom il-figuri? Jekk il-gvern jibqa jimla ras in-nies bil-holm
 nibqghu nezlin. Ninzlu dejjem iktar l-isfel, fin-nizla tar-rovina. Ghax mhux
 vera li l-ekonomija qed tissahhah. Mhux vera li nvestituri u mprendituri Maltin
 ghandhom opportunitajiet ahjar li ser isibuhom ghada. Mhux vera li l-finanzi
 tal-gvern qed jitrangaw. Mhux vera li qed jinstabu opportunitajiet godda ta’
 xoghol produttiv. Mhux vera qed jizdiedu l-proffitti, li huma l-akbar garanzija
 ghal aktar investiment fil-futur.
 			Allura jfisser li qedghin f’xiferprecipizju? Allura jfisser li bl-Unjoni Ewropea nindifnu? Le mhux vera. Li hu
 vera hu li la Shubija fl-Unjoni Ewropea u lanqas xi forma ta’ Partnership ma’
 l-Unjoni Ewropea m’huma wahidhom ser isolvulna l-problemi ta’ pajjizna. Hi
 holma, u holma kbira, li nitwebblu li r-relazzjoni taghna ma’ l-Ewropa hi
 l-qofol tas-soluzzjoni.
 			Il-qofol hu ahna. Ahna l-Maltin irridu nieqfunoholmu u rridu nibdew nerfghu salibna bis-serjeta’. Is-Shubija jew
 il-Partnership joffru ghodod differenti li jghinuna aktar jew anqas biex insolvu
 l-problemi taghna. Tajjeb hafna li naghmlu l-ghazla t-tajba u li din l-ghazla
 naghmluha malajr. Jalla ma nkomplux nithawwdu aktar u ma nikkumplikawx hajjitna
 aktar.
 			Imma l-ghada tar-Referendum, l-ghada ta’ l-Elezzjoni, il-problemiser jibqghu hemm u ser ikunu akbar.
 			Ma rridx inkun f’qoxort il-PrimMinistru dak inhar.
 
			
			 |