Twegiba: Lanqas xejn. 
			L-ewwel nett, irridu naghmluha cara li ahna naqblu li fil-pajjiz jonqos 
			it-tipjip, ghax huwa fatt maghruf li l-konsum tat-tabakk huwa wiehed mill-ikbar 
			perikli li jezistu ghas-sahha tal-bniedem. Ahna qeghdin nilmentaw ghax, b’daqqa 
			ta’ pinna, il-Gvern qabad u dahhal regolamenti godda u qieghed jghid li, minn 
			issa ‘l quddiem, is-sidien ta’ l-istabbilimenti privati kollha huma responsabbli 
			li jaraw li fil-postijiet taghhom ma jsirx tipjip. 
			Minflok beda minn daru 
			u l-ewwel applika dawn ir-regolamenti fid-dipartimenti tal-Gvern, ghadda l-piz 
			mill-ewwel fuq il-privat. Ahna din inqisuha bhala decizjoni ngusta hafna.  
			Kieku beda bid-dipartimenti tieghu, il-Gvern kien ikollu c-cans li 
			janalizza l-effetti ta’ dawn ir-regolamenti u jaghmel studju serju qabel ma 
			jimponi r-regolamenti fuq il-privat ukoll. 
			Biex ghaggel, il-Gvern ma 
			studjax, nghidu ahna, x’inhu l-proporzjon ta’ nies li jpejpu u ohrajn li ma 
			jpejpux fuq il-postijiet tax-xoghol. Ma hasibx li, jekk se taqta’ t-tipjip 
			mil-lant tax-xoghol, iridu jinholqu facilitajiet fejn il-haddiema jistghu jmorru 
			jqabbdu sigarett. Ma qiesx x’konsegwenzi se jkun hemm fil-postijiet tax-xoghol 
			jekk certi haddiema, ghal xi raguni jew ohra, ma jkunux jistghu jithallew 
			jillargaw biex imorru jpejpu. 
			X’se jigri jekk xi haddiema jibdew jinsistu 
			ma’ min ihaddimhom li, kull certu hin, iridu jieqfu mix-xoghol biex imorru 
			jpejpu? Ahna konna qeghdin nippretendu li l-Gvern l-ewwel jaghmel ezercizzju 
			bhal dan fid-dipartimenti tieghu, jara kif imorru l-affarijiet u wara jdahhal 
			ir-regolamenti fis-settur privat ukoll. Kieku mexa hekk, ibqa’ zgur li kien isib 
			il-koperazzjoni shiha taghna. 
			M: Fil-principju, taqblu li 
			t-tipjip f’postijiet pubblici ghandu jinqata’ ghal kollox? 
			T: Ahna nemmnu 
			li s-sidien ta’ l-istabbilimenti bhal ‘bars’ u postijiet tad-divertiment 
			ghandhom jinghataw id-dritt li jaghzlu huma jekk jippermettux tipjip u b’liema 
			mod. Imbaghad jaghzlu l-klijenti. 
			Mal-bieb ta’ kull stabbiliment ikun 
			hemm tabella li tindika jekk f’dak il-post it-tipjip ikunx ipprojbit, jekk ikunx 
			permess izda jkun hemm apparat li jsaffi l-arja jew jekk ikunx hemm zona ghaliha 
			fejn ikun jista’ jsir it-tipjip. Imbaghad jiddeciedi dak li jkun. 
			Ahna 
			ilna s-snin niggwidaw u ninkoraggixxu lill-membri taghna biex, kemm jista’ jkun, 
			jinstallaw apparat li jnaddaf l-arja jew joholoqu xi kmamar apposta biex jevitaw 
			li jinholoq kunflitt bejn dawk li jpejpu u dawk li ma jpejpux. 
			Illum 
			tezisti teknologija li, jekk tigi sfruttata sew, ma jkun hemm bzonn ta’ l-ebda 
			projbizzjoni totali fuq it-tipjip f’postijiet pubblici. Kieku l-Gvern imqar 
			indaga x’inhu jsir digà f’Malta stess qabel ma qabad u impona dawn 
			ir-regolamenti, kien isib li hawn diversi postijiet tax-xoghol li dahhlu dawn 
			il-facilitajiet. Imma dawn il-facilitajiet ma jsirux mil-lum ghal ghada.  
			Il-Gvern ha l-ehfef triq, izda hemm metodi ohra, li jaghmlu aktar sens 
			minn projbizzjoni totali fuq tipjip, kif tipprotegi s-sahha u s-sigurtà 
			tal-haddiema u tal-klijenti fuq il-postijiet tax-xoghol.  
			Ahna qeghdin 
			nghidu li, qabel ma nimbuttaw lis-sidien biex izidu din il-protezzjoni, kif inhu 
			xieraq, il-Gvern irid jara min se jipprovdi l-fondi biex jghinhom jaghmlu dan. 
			Din kienet wahda mill-weghdiet li saru qabel ma vvotajna dwar is-shubija fl-UE. 
			Kienu wieghduna li kien se jkun hemm fondi biex lil min se jbati bil-konsegwenza 
			ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-acquis communautaire nghinuh. 
			Mela nesiha 
			l-Gvern din il-weghda? Ghal ditti kbar, nefqa ta’ Lm4,000 tghaddi ma’ l-ohrajn, 
			izda ghal hafna negozji zghar dan huwa piz kbir wisq. Jekk, per ezempju, niehdu 
			l-‘bars’ u l-hwienet kollha li ghad m’ghandhomx installat apparat li jnaddaf 
			l-arja, nikkalkulaw li trid madwar Lm2 miljun biex taghmilhom. 
			Ahna ma 
			rridux Gvern tan-nuna. Ir-rwol ta’ l-istat huwa li jeduka u jiggwida 
			lic-cittadin. Lic-cittadin Malti, fl-2004, ejjew ma nistmawhx izjed tarbija. 
			Trid tinfurmah li t-tipjip huwa hazin, imma mbaghad jaghzel hu. 
			M: Imma 
			l-Gvern m’ghandux ukoll l-obbligu li jhares lil min ma jpejjipx 
			mill-inkonvenjenza li jista’ johloqlu min jaghzel li jpejjep? 
			T: Jekk, 
			bil-vizzju tieghu, l-individwu jkun qieghed jaghmel hsara lil haddiehor, 
			il-Gvern ghandu l-obbligu wkoll li jara li l-istabbilimenti jkollhom 
			il-facilitajiet mehtiega biex dan ma jsehhx. Kif ghidt, it-teknologija biex 
			titnaddaf l-arja u jitnehhew id-dhahen tezisti, imma lill-‘bars’ u 
			lir-ristoranti trid taghtihom ic-cans jirristrutturaw u taghtihom il-mezzi biex 
			jaghmlu dan. 
			Bil-mod kif il-Gvern irid jimponi dawn ir-regolamenti cumm 
			bumm, se ssir ingustizzja. Dan minhabba li dawk kollha li mxew fuq il-pariri 
			taghna u nvestew l-eluf biex installaw apparat biex l-arja fl-istabbilimenti 
			taghhom tinzamm nadifa u bla dhahen, jew li qasmu l-post f’zona fejn joqoghdu 
			dawk li jpejpu u ohra ghal dawk li ma jpejpux, issa qeghdin nghidulhom li dan 
			kollu ghamluh ghalxejn ghax hadd m’hu se jkun jista’ jpejjep. 
			M: Ma 
			thossx li d-dibattitu li qam dwar din il-kwistjoni se jservi biex il-Gvern 
			jisma’ l-ilmenti u l-argumenti ta’ min ma jaqbilx mar-regolamenti u 
			jiccaqlaq? 
			T: Nittamaw. Kieku ma ghollietx lehinha l-GRTU lanqas biss 
			kien ikun hawn dibatittu dwar dawn ir-regolamenti fil-pajjiz. Il-Gvern ma 
			konsulta ma’ hadd, ghax ried idahhalhom inkiss inkiss. 
			L-intenzjoni 
			tal-Gvern kienet li jasal April u nsibu dawn ir-regolamenti ma’ wiccna. Dan 
			m’hux mod kif tmexxi l-pajjiz. Illum il-mod kif il-Gvern ghandu jmexxi huwa dak 
			li qieghda turina l-Unjoni Ewropea u li qeghdin jiftahru biha l-ministri ewlenin 
			kollha, li jikkonsulta ma’ l-imsiehba socjali u bil-mod il-mod, jintlahaq qbil 
			dwar kif se nahdmu flimkien skond pjan miftiehem biex nilhqu miri li dwarhom 
			naqblu lkoll. Il-Gvern jibqa’ jigdeb u jghid li ddecieda li jippubblika 
			r-regolamenti f’Settembru biex jidhlu fis-sehh f’April biex tilhaq issir 
			diskussjoni. 
			Kieku dan huwa minnu, l-ewwelnett kien johrog White Paper u 
			mhux johrog l-Avviz Legali mill-ewwel. It-tieni nett, kien jibda diskussjoni 
			pubblika fuq is-suggett. 
			Il-verità hi li l-Gvern ippubblika r-regolamenti 
			f’Settembru ghax, skond direttiva ta’ l-UE, ma jistax jghaddi xi legislazzjoni 
			li taffettwa cittadini ohra ta’ l-Unjoni jekk ma jaghtix avviz bil-quddiem ta’ 
			sitt xhur. 
			Imma allura intom ghaliex biex semmejtu lehinkom dwar 
			il-kwistjoni stennejtu s’issa u ma tkellimtux mill-ewwel, malli nhargu 
			r-regolamenti f’Settembru? Ahna qajjimna l-kwistjoni meta hassejna li kien 
			fl-ahjar interess taghna li nqajmuha. Kieku qajjimniha qabel, in-nies taghna ma 
			kinux jirreagixxu kif ghamlu issa.  
			M: X’tixtiequ tbiddlu f’dawn 
			ir-regolamenti? 
			T: Hemm diversi affarijiet li jridu jinbidlu. Insemmu 
			zewg punti. Kif sar, dan l-Avviz Legali qieghed jaghti ‘drittijiet’ godda 
			lill-haddiema li, sa fejn naf jien, l-ebda trade union qatt ma talbithom. Nghidu 
			ahna, jekk fil-post fejn tahdem ikun hemm xi klijent jew haddiem iehor ipejjep u 
			lilek idejqek, se jkollok id-dritt li tieqaf mix-xoghol u titlaq ‘il 
			barra. 
			Dan huwa ezempju car ta’ kemm din il-Ligi tfasslet b’mod 
			irresponsabbli. Ma taghmel l-ebda sens u dan jghiduh l-avukati. Minn mindu 
			l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema sar jibdilhom il-Ministru tas-Sahha? 
			Jezisti l-‘Employment and Industrial Relations Board’, li fih hemm 
			ir-rapprezentanti tat-trade unions u ta’ min ihaddem, li fih jiddiskutu bidliet 
			fil-kundizzjonijiet tax-xoghol. X’jigifieri tohrog avviz legali taht l-Att dwar 
			il-Kontroll tat-Tabakk, li m’ghandha x’taqsam xejn mal-kundizzjonijiet 
			tax-xoghol u taghti drittijiet godda lill-haddiema fuq il-post 
			tax-xoghol? 
			Ahna wkoll kontra l-fatt li dawn ir-regolamenti qeghdin 
			idawru t-tipjip f’post pubbliku, li huwa uzanza socjali, f’att kriminali. Izda 
			minflok jehel il-habs min jinqabad ipejjep, skond dawn ir-regolamenti, se jehel 
			is-sid tal-hanut! 
			Lanqas jekk toqtol f’hanut ma jehel is-sid! Jigifieri 
			l-pulizija, li digà ghandha problema biex taqbad lil dawk li jpejpu d-droga, se 
			toqghod tinhela biex taqbad lil dawk li jpejpu t-tabakk u tarresta lis-sidien 
			tal-bars?! 
			M: Imma, jekk nitkellmu dwar il-qasam tad-divertiment, ma 
			thossx li hija esagerazzjoni li wiehed jipprova jaghti l-impressjoni li 
			l-istabbilimenti f’dan is-settur jispiccaw biex ifallu lkoll jekk jghaddu dawn 
			ir-regolamenti? 
			T: New York dahhlu regolamenti simili fil-‘bars’, 
			il-‘canteens’, il-kafeteriji u l-postijiet tad-divertiment. L-istatistika wriet 
			li dawn in-negozji tilfu nofs il-kummerc taghhom. Ir-raguni hi li min ipejjep 
			jibda jaghzel postijiet miftuha minflok maghluqa. 
			M: … imma dawk mhux 
			membri taghkom ukoll? 
			T: Iva, imma jekk jien ghamilt ghomri u zmieni 
			ninvesti f’post li ghandu gewwa biss u li minnu jiena u l-haddiema tieghi 
			naqilghu l-hobza ta’ kuljum, min hu l-Gvern biex jghid lin-nies li jpejpu ma 
			jigux aktar fil-post tieghi u jmorru f’ta’ haddiehor? 
			M: Il-Gvern laqa’ 
			t-talba tal-GRTU u se jiltaqa’ maghkom nhar il-Gimgha. Jekk il-Gvern jibqa’ 
			jinsisti li jibqa’ ghaddej bil-pjani tieghu u fil-5 ta’ April jintroduci 
			r-regolamenti l-godda kontra t-tipjip f’postijiet pubblici, x’se tkun 
			ir-reazzjoni taghkom? 
			T: Ahna qeghdin niehdu pariri legali biex inkunu 
			f’qaghda li nisfidaw dawn ir-regolamenti. Jekk ma jirnexxilniex insibu 
			soluzzjoni bid-diskussjonijiet, ahna se niddikjaraw tilwima mal-Gvern. Il-GRTU 
			llum hija rregistrata bhala assocjazzjoni ta’ min ihaddem. Din il-kwistjoni se 
			taffettwa lis-sidien tan-negozji u tal-postijiet tax-xoghol kollha ta’ 
			Malta. 
			Ahna nemmnu li, meta nibdew nitkellmu, jekk iz-zewg nahat ikollhom 
			intenzjoni tajba, iz-zejt jitla’ f’wicc l-ilma, l-affarijiet jiccaraw u nsibu 
			tarf. 
			Ahna certi li ghandna argumenti bizzejjed biex inbieghu. Imma ahna 
			nafu li jekk dawk ir-regolamenti se jidhlu kif inhuma, tant se jkunu ta’ hsara 
			ghall-membri taghna li ma nkunux nistghu ma naghtux direttivi lill-membri 
			taghna. Ahna rridu regolamenti li jkunu serji u applikabbli. 
			M: X’tip ta’ 
			direttivi? 
			T: Id-direttivi li naghtu lill-membri taghna jkunu b’mod li 
			niggwidawhom kif ghandhom igibu ruhhom biex jinjoraw ir-rigidità ta’ dawn 
			ir-regolamenti u jkunu konformi ma’ kampanja suret in-nies kontra t-tipjip. 
			Qieghed niehu r-responsabbiltà ta’ dak li qieghed nghid, ghax il-GRTU ghandha 
			d-dmir li tiddefendi l-interessi tal-membri taghha u ta’ l-impjegati taghhom. 
			Ahna lesti wkoll li nisfidaw dawn ir-regolamenti fil-Qorti, ghax qeghdin jimponu 
			fuq il-membri taghna kudizzjonijiet godda li m’humiex gusti.  
			
			 
 |