Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU
illum iddecieda li jghati parir lil membri u negozjanti ohra li ser ikunu
milquta bl-Eco-Tax biex hekk kif tidhol fis-sehh il-ligi huma jlaqqghu lil
impjegati taghhom kollha u javzawhom li huma ma jistghux aktar jiggarantixxu
l-impjieg taghhom.
Il-GRTU qed taghti dan il-parir ghalhiex filwaqt li
l-ligi ghaddiet mill-Parlament baqa’ ma sarx ftehim mal-imsiehba socjali dwar
din l-Eco-Tax. Fost il-punti li l-GRTU ghandha oggezzjonijiet kbar kontrihom
hemm
1. l-imposizzjoni tal-Eco-Tax fuq l-istocks tan-negozji kollha milquta;
2. l-imposizzjoni tat-taxxa fuq il-prodotti kollha milquta hekk kif ikunu
importati u mhux meta jibdew il-transazzjonijiet;
3. il-livell ta’ taxxa fuq
il-prodotti
Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU jqies li jekk it-taxxa tidhol
fuq l-istocks ezistenti din twassal biex tkisser in-negozji. L-ebda gvern qatt
qabel ma ghamel taxxa bhal din u l-ebda gvern qatt ma ippretenda li jigbor
it-taxxa fuq l-istocks ezistenti. Din il-mizura bilfors iccekken il-kummerc u
ggib il-qghad ghax l-ebda negozju ma jaffordja li jlahhaq mat-taxxa imposta fuq
l-istocks ezistenti tieghu u fuq dak kollu li jimporta u jzomm l-istess livell
ta’ operat li ghandu illum. Din it-taxxa hi teddidha serja lil vijabbilita’
tan-negozji.