Is-Sitwazzjoni tad-distribuzzjoni tal-cilindri tal-Gas issa bdiet gejja ghan-normal wara l-ftehim bejn il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, l-Ministru tal-Investiment u Industrija u l-Enemalta
Is-Sitwazzjoni tad-distribuzzjoni tal-cilindri tal-Gas issa bdiet gejja ghan-normal wara l-ftehim bejn il-GRTU – Malta Chamber of Small and Medium Enterprises, l-Ministru tal-Investiment u Industrija u l-Enemalta.
Bis-sahha ta’ dan l-ftehim issa d-distributuri qed jghabbu cilindri bizzejjed mill-impjant fil-Qajjenza biex jilqghu ghad-domanda tal-konsumaturi. Kuntrarjament ghal li kien qed isir qabel issa d-distributuri qed jghabbu t-trakkijiet kollha taghhom u meta jbieghu li jghabbu qed jergghu lura lejn l-Qajjenza biex jiehdu vjaggi ohra. Bis-sahha ta’ hekk id-distributuri qed jirritornaw ghas-sistema ippreferuta mill-konsumaturi, dik jigifieri li c-cilindri jitqassmu fid-djar u postijiet ohra f’gurnata fissa fil-gimgha biex hadd ma jkollu ghalfejn joqghod jigri bic-cilindri. Ghal dawk li xorta ma jinqdewx jew tinqalalhom htiega ser ikun hemm ukoll distribuzzjoni minn postijiet fissi.
Il-GRTU kienet ilha issostni li b’cilindri bizzejjed u b’fornitura ta’ gas kontinwa biex d-distributuri ma jkollhomx nuqqas ta’ cilindri minlija, l-konsumaturi jkunu moqdija kollha. Din is-sistema ta’ xoghol extra mid-distributuri biex kulhadd jkun moqdi f’daru tibqa’ sakemm id-domanda tibqa qawwija u l-impjant fil-Qajjenza jibqa’ jithaddem is-sieghat kollha mehtiega biex ilahhaq mall-htigijiet tad-distributuri kollha.
Il-GRTU tinforma li ghall-servizz ta’ Gas l-Konsumaturi ghandhom jcemplu fuq 21 651661