Il-Gvern injora ghal kollox in-Negozji z-Zghar ta’ Pajjizna.
Il-Gvern li suppost ghandu bhala ghan ewlieni li jghin lill-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna jifjorixxu, illum ta’ daqqa ohra bla sens lil numru kbir ta’ negozji zghar Maltin. Mill-lum 5 ta’ April numru ta’ bars, snack bars, kafetteriji u hwienet ohra tkomplew intghafsu bl-esagerazzjoni ta’ regolamenti dwar it-tipjip li impona l-gvern bla konsultazzjoni ma hadd.
Il-Gvern injora ghal kollox in-Negozji z-Zghar ta’ Pajjizna
Il-Gvern li suppost ghandu bhala ghan ewlieni li jghin lill-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna jifjorixxu, illum ta’ daqqa ohra bla sens lil numru kbir ta’ negozji zghar Maltin. Mill-lum 5 ta’ April numru ta’ bars, snack bars, kafetteriji u hwienet ohra tkomplew intghafsu bl-esagerazzjoni ta’ regolamenti dwar it-tipjip li impona l-gvern bla konsultazzjoni ma hadd.
Zgur li la l-GRTU u lanqas is-sidien tan-negozji ma huma favur it-tipjip u zgur li hadd ma jrid jinkoraggixxi uzanzi li huma ta’ hsara ghas-sahha. Izda, isostni l-GRTU, hemm mod u mod kif isiru l-affarijiet. Hemm il-mod selvagg li taqbad u timponi ghax tahseb li int b’sahhtek u li int biss tifhem.. U hemm il-mod l-iehor li titkellem, tikkonsulta u taghmel l-affarijiet b’mod li dak li hu sewwa jsir bl-anqas hsara.
Is-sistema li ndtroduca l-gvern fil-kaz tat-tipjip hi sistema li taghmilha impossibli ghall-kollox li jsir dak li sar f’pajjizi ohra fejn l-affarijiet saru bil-galbu, jigifieri li tinzamm l-ghazla ghand il-konsumatur u hwienet zghar jiddeciedu huma jekk ikunux “smoking” jew “non smoking” u wkoll li fejn hu possibli tinzamm ghazla li jkun hemm spazju ghal min ma jridx tipjip u ghal min irid ipejjep. F’Malta sar ban totali u assolut. Malta hi l-unika pajjiz fid-dinja li impona ligi esagerata bhal din. Mhux veru li fil-prattika inghatat ghazla ghaliex ir-regolamenti ghall-postijiet fejn suppost jista jsir it-tipjip tant huma iebsa, strambi u jqumu flus li biex taghmilhom, fil-verita huma mpossibli u mhux possibli li xi hadd ihaddimhom skond il-Ligi.
L-isforzi tal-GRTU biex ta’ lanqas thajjar lil gvern jikkonsulta u jfassal ligi li tista’ tithaddem bla inkwiet zejjed, fallew. Il-ftahir tal-gvern li jrid jghin lin-negozji z-zghar sfuma kollu ghax konsultazzjoni serja dwar din l-kwistjoni ma sarert qatt. Dan il-GRTU qed tghidu biex kulhadd jkun jaf li fejn jidhlu n-negozji z-zghar ghall-gvern bejn kliem u fatti hemm bahar jaqsam.
Il-parir pubbliku tal-GRTU lill-Prim Ministru hu wiehed car: jekk trid tirbah s-support tas-sidien tan-negozji z-zghar ta’ pajjizna ma tistax tibqa’ zzomm Ministri arroganti bhal Dr Louis Deguara. Zmienhom ghadda u l-pajjiz jixraqlu ahjar.