L-ahhar cifri dwar l-inflazzjoni fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea turi li Malta ghandha inflazzjoni gholja mill-medja tal-imsiehba l-ohra tal-Unjoni Ewropea. Din ir-rata ma tirriflettix l-andament reali tal-ekonomija Maltija. L-ekonomija Maltija illum m’hiex tuza l-potenzjal kollu taghha u l-inflazzjoni hi htija taz-zidiet fl-ispejjez imposti mill-gvern stess. Suppost li Malta kellha tiehu mizuri biex flimkien mall-pajjizi l-ohra fl-Unjoni Ewropea, tithaddem strategija ekonomika u socjali li tpoggi lil Unjoni Ewropea u l-membri stati fl-ghola livell ta’ zvilupp fid-dinja. Dawn il-mizuri izda f’pajjizna ghadhom ftit wisq u x’uhud huma bil-maqlub.

Din l-Istrategija mhiex tintlahaq mill-Unjoni Ewropea, u zgur mhux qed isir minn Malta. L-indikazzjonijiet ekonomici kollha li hergin qed juru li Malta mhux toqrob lejn l-Istrategija ta’ Lisbona u kellha twassal biex kull membru stat jghati sehem biex l-Ewropa tavvanza.
Barra r-rata tal-inflazzjoni, Malta waqghet lura fir-rata tat-tkabbir tal-GDP li sal-2003 mhux talli ma mexhiex il-quddiem izda, waqa’ lura hlief ghas-sena 2002 u li sal-lum it-tkattir ekonomiku mhu xejn sodisfacenti. Dan jistona hafna mar-rati ta’ tkattir ekonomiku ta’ pajjizi ohra fl-Unjoni fl-istess grad ta’ zvilupp ta’ Malta.
L-istess gara fil-Bilanc tal-Kummerc ma barra fejn id-differenza bejn dak li naqilghu mill-esportazzjoni u dak li nonfqu fl-importazzjoni qed ikun negattiv u bla tama ta’ bilanc posittiv ghas-sena 2005 u 2006.
Il-problema ewlenija tibqa dik li Malta mhux taghmel sforzi bizzejjed biex tkattar l-kompetittivita b’paragun ma pajjizi ohra. Il-pajjizi l-ohra kollha li jikkompetu maghna ghas-swieq Ewropej, kemm dawk tal-esportazzjoni kif ukoll dawk tat-turizmu kollha qed jirnexxielhom izidu l-kompetittivita taghhom b’rati li huma tlieta ghall-erba’ darbiet aktar minn dak li qed tirregistra Malta, dan b’mod partikulari fil-qasam tal-prezz tax-xoghol. F’Malta il-qaghad hu f’livell gholi filwaqt li l-labour costs flok nezlien, dejjem telghin.
F’dan l-isfond ta’ inkwiet ekonomiku serju l-GRTU- l-Malta Chamber of Small and Medium Enterprises – qed tappella lil gvern u lill-imsiehba socjali kollha biex isir sforz akbar biex Malta jirnexxielha bis-serjeta’ thaddem strategija li tkattar l-kompetittivita ta’ pajjizna. Zgur li l-kompetitittivita mhux ser toghla b’inkwiet industrijali bla bzonn u b’aktar zidiet fl-ispejjez ghal min ihaddem u jinvesti..
Il-pajjiz jehtieg perjodu nieqes minn inkwiet industrijali u kulhadd irid igorr r-responsabilta shiha tieghu biex l-argumenti jirrisolvu bil-konciljazzjoni u l-ftehim u bla hafna sfrattar zejjed u bla bzonn. Fuq kollox il-pajjiz jixraqlu sensiela ta’ mizuri miftehma bejn l-imsiehba socjali u immirati biex bis-serjeta pajjizna jilhaq l-miri mfassla f’Lisbona.