Il-GRTU – Kamra Maltija tal-Intraprizi Zghar u Medji – tinnota b’dispjacir d-decizjoni tal-Parlament Ewropew li approva t-tnehhija tad-dritt tal-haddiema li bil-kunsens taghhom stess jahdmu aktar minn 48 siegha matul gimgha wahda.
Working Time Directive – Opt Out Clause
Il-GRTU – Kamra Maltija tal-Intraprizi Zghar u Medji – tinnota b’dispjacir d-decizjoni tal-Parlament Ewropew li approva t-tnehhija tad-dritt tal-haddiema li bil-kunsens taghhom stess jahdmu aktar minn 48 siegha matul gimgha wahda.
Din hi decizjoni kiefra ghall-Malta fejn s-suq tax-xoghol hu limitat u fejn mhux facli li l-intraprizi jhaddmu nies extra biex ilahhqu max-xoghol taghhom u fl-istess waqt jibqghu kompetittivi. Hi iebsa b’mod partikulari ghas-sidien tan-negozji z-zghar li hafna drabi jkunu f’sitwazzjoni fejn ix-xoghol biex isir skond it-termini tal-kuntratti li jkollhom bilfors li jkollhom perjodi li fihom iridu li n-nies taghhom jahdmu aktar min 48 siegha.
Meta l-haddiem jiccahhad milli jibqa’ jahdem aktar mhux biss jigri li hu u l-familja tieghu jkunu imcahhdu mill-qliegh xieraq taghhom izda effettivament jkunu mgeghla jisfurzaw lil min ihaddimhom jahdem hu s-sieghat kollha mehtega biex x-xoghol jitlesta. Bla opt-out clause l-Working Time Directive tfisser pis u tbghatija enormi ghas-self employed u ghas-sid tal-intraprizi z-zghar.
Il-GRTU hi parti minn lobby group ta’ organizazzjonijiet ohra li jirraprezentaw lis-sidien tal-intraprizi z-zghar fil-pajjizi imsiehba fl-Unjoni Ewropea u li kollha jsostnu li l-Working Time Directive bla opt-out clause hi hazina ghall-kummerc u kiefra ghan-negozji z-zghar.
Il-GRTU ghalhekk ma tifhimx kif l-membru parlamentari ewropew John Attard Montalto iddecieda li ma juriex hu wkoll is-solidarjeta shiha u konsistenti tieghu mall-haddiema, self employed u sidien ta’ negozji zghar Maltin.