Il-GRTU tappella lil Gvern biex jikkontrolla lil certi Sindki. Il-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozjanti Zghar u Medji temmen li certi Sindki u Kunsilli Lokali jidher li wahhluha f’rashom li jghamlu li jistghu biex ikomplu jsallbu u jifnu lis-sidien tan-negozji z-zghar li jahdmu fil-lokalita taghhom. Ezempju gwap hu dak tal-Mosta.
Il-GRTU tappella lil Gvern biex jikkontrolla lil certi Sindki. Il-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozjanti Zghar u Medji temmen li certi Sindki u Kunsilli Lokali jidher li wahhluha f’rashom li jghamlu li jistghu biex ikomplu jsallbu u jifnu lis-sidien tan-negozji z-zghar li jahdmu fil-lokalita taghhom. Ezempju gwap hu dak tal-Mosta.
Wara li ghal snin shah in-negozji tac-centru tal-Mosta ilhom isoffru mill-konsegwenza tad-tidwir tat-taffiku li wara tant snin baqa’ ma ttrangax skond kif kienu mweghda s-sidien tan-negozju, issa ghall-darb’ohra s-Sindku tal-Mosta qed jimponi bidliet bla ebda konsultazzjoni u ebda ftehim mas-sidien tan-negozji.
Il-progett il-gdid li qed jigi impost fic-centru tal-Mosta ser ikompli jnaqqas l-ispazju tal-parking disponibbli u ser jaghmilha aktar difficli biex il-hwienet tal-Pjazza u tac-centru kummercjali jkunu jistghu jinqdew u jaqdu ahjar lil klijenti taghhom. Is-Sindku ma ta’ kaz xejn tat-talbiet biex jikkonsulta mas-sidien tal-hwienet allavolja jaf li dan hu obligu taht l-Ligi tal-Kunsilli Lokali. Issa wara li ma ikkonsultax dwar l-progett, rega lanqas ma kkonsulta dwar it-twettiq tieghu, bir-rizultat li qabad u ghalaq ic-centru tal-Mosta bla ma ta’ kaz xejn tal-hsara li qed igieghel lis-sidien tal-hwienet isoffru. Dan l-eghluq ghat-traffiku qed isir meta ghadu ghaddej ix-xoghol fuq t-toroq ewlenin ta’ barra l-Mosta
Il-GRTU issostni li l-Gvern ma jistax jibqa’ jhalli lil certi Sindki u Kunsilli li jibqghu jgiebu ruhhom b’dan l-mod goff u nsensittiv ghall-ahhar. Jidher izda li l-Gvern qata’ qiesu li jzomm kontrol fuq ceri Sindki u l-prezz qed ikollhom ihallsuh s-sidien tan-negozji z-zghar.
Il-GRTU qed tappella lill-Gvern biex isib tarf ta’ din l-problema. Sindki bhal tal-Mosta, bl-imposizzjoni ta’ progett bla konsultazzjoni u mposizzjoni ta’ CCTV fic-centru li sallab biha lil hwienet kollha; bhas-Sindku ta’ tas-Sliema u ta’ Santa Venera li qabdu u mponew penali ta’ Lm20 kuljum fuq l-kuntratturi u ohrajn bhas-Sindku tal-Msida li impona, wkoll bla sahha ta’ Ligi, penali ta’ lira kull metru ghall-eghluq ta’ siti taht kostruzzjoni u Sindki ohra li jdawwru t-traffiku, imponew parking schemes u wahhlu CCTV’s u qed jesageraw bic-citazzjonijiet u l-multi li qed ifajjru fuq numru bla qies ta’ sidien tan-negozji. Ma jistghux jibqghu ghaddejjin qiesu xejn mhu xejn.
Is-sidien tan-negozji z-zghar ta’ pajjizna jridu bidla f’din l-mentalita kiefra lejhom li issa saret marda. Il-Gvern bilfors issostni l-GRTU irid jiehu mizuri hu ghax wahedhom is-Sindki jibqghu ma jaghtux kaz.