Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Ligi dwar it-Tipjip f’postijiet pubblici qed ikollha l-effett mixtieq. Sakemm dan ifisser l-effett li aktar nies qed jieqfu milli jpejjpu u aktar nies qed igawdu arja nadifa, dan hu sinjal tajjeb u l-GRTU tifrah mall-Ministru ghal dan s-success.
Il-Ligi Dwar it-Tipjip – l-Gvern jiddandan ghas-Spejjes Hadd’iehor
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Ligi dwar it-Tipjip f’postijiet pubblici qed ikollha l-effett mixtieq. Sakemm dan ifisser l-effett li aktar nies qed jieqfu milli jpejjpu u aktar nies qed igawdu arja nadifa, dan hu sinjal tajjeb u l-GRTU tifrah mall-Ministru ghal dan s-success.
Izda jekk l-Ministru qed jirreferi ghall-hsara li saret lin-negozji z-zghar ta’ pajjizna fil-qasam tad-divertiment u ghat-telf li baghtew minn bwiethom s-sidien u l-impjegati ta’ dawn il-postijiet allura zgur li l-GRTU ma tistax tifrah mieghu. Hadd mill-Prim Ministru l-isfel ma qal li l-Ligi kontra t-Tipjip kienet intenzjonata biex tkisser lin-negozji z-zghar fil-qasam tad-divertiment izda l-ebda Awtorita jew Ministru (hlief ghall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl l-Bahar), ma ghamel xejn biex itaffi ghall-hsara li qed ibghatu minna s-sidien tal-bars u postijiet ohra tad-divertiment.
Kien komdu ghal-Ministru tas-Sahha li jghabbi fuq il-privat ir-responsabbilta tieghu u jiehu l-midalja tal-prosit minn Brussels fl-istess waqt li l-gvern qed idahhal l-miljuni tal-liri minn fuq dahar min ipejjep. Id-dicenza u l-korrettezza pulitika kienet u ghadha titilob li l-gvern iwarrab parti minn dawn l-miljuni li qed idahhal biex jassisti b’mod dirett lil dawk kollha li l-valur tan-negozju taghhom gie zvalutat bl-imposizzjoni tal-Ligi dwar it-tipjip fil-bars u f’postijiet tad-divertiment.
X’jiswa li l-gvern jghid li qabel tiddahhal ordni legali ghandu jitfassal pjan li jimmitiga l-hsara fuq s-settur privat meta mbaghad ssir ordni legali bhal tat-tipjip li twegga lil tant sidien ta’ negozji u l-gvern mhux biss ma jikkumpensax u ma jaghmel xejn izda jkompli jghaffeg u jsus wara s-sidien tan-negozji u jfixkel fejn seta jghin biex n-negozji fil-qasam tad-divertiment ikunu iffacilitati jfendi u jkabbru. Hija irrisponsabbilta li l-gvern impona u baqa ma kejjielx l-impatt negattiv fuq in-negozji u ippropona kif ser jirrimedja.
Jaghmel zball kbir il-gvern jekk jahseb li s-sidien tan-negozji tad-divertiment ser jahfruhielu ghall-mod dishonest li mexa maghhom. Is-sidien ghadhom jistennew lil gvern jiccaqlaq u jaccetta r-responsabbilta tieghu.