L-Ekonomija Maltija tbghati min Stagflation u jibqghu ma jittiehdux mizuri
· L-Inflazzjoni f’Gunju titla ghall-2.94%
L-Inflazzjoni issa telghat ghal 2.94 fil-mija sal-ahhar ta’ Gunju 2005. Ix-xahar ta’ qabel kienet 2.92 fil-mija. Xahar wara xahar l-inflazzjoni tiela anke fiz-zmien meta suppost li niezla. Jidher bic-car li l-ekonomija Maltija qeghda fi stat ta’ stagflation fejn ekonomija turi zidiet kostanti fl-inflazjoni bla ma tinhass zieda korrispondenti fil-bejgh u fil-holqien tax-xoghol
· L-Ekonomija Maltija tbghati min Stagflation u jibqghu ma jittiehdux mizuri
· L-Inflazzjoni f’Gunju titla ghall-2.94%
L-Inflazjoni issa telghat ghal 2.94 fil-mija sal-ahhar ta’ Gunju 2005. Ix-xahar ta’ qabel kienet 2.92 fil-mija. Xahar wara xahar l-inflazzjoni tiela anke fiz-zmien meta suppost li niezla. Jidher bic-car li l-ekonomija Maltija qeghda fi stat ta’ stagflation fejn ekonomija turi zidiet kostanti fl-inflazjoni bla ma tinhass zieda korrispondenti fil-bejgh u fil-holqien tax-xoghol.
Ir-raguni hi ovja ghal kull min irid jara. Il-gvern qed jghabbi wisq pizijiet fuq n-negozji u l-intraprizi Maltin l-aktar biz-zidiet fil-complaint costs marbuta mall-imposizzjoni maghgla u hafna drabi bla raguni, ta’ hafna direttivi ewropej, u fuq kollox, kawza taz-zieda mhux ippjanata tal-VAT u l-imposizzjoni ghal gharrieda tal-Eco Tax flimkien ma zidiet ohra, wahda wara l-ohra, fil-prezzijiet tad-diesel u maghhom tal-elettriku. Il-problemi qed ikunu mkabbra bil-kilba tas-settur pubbliku biex jigbor minghand l-konsumaturi u minghand is-sidien tal-intraprizi kull hlas b’lura li hu dovut fi zmien relattivament qasir. Dan qed isir meta hafna negozji mhux izidu l-bejgh biex ikopru dawn l-ispejjes kollha u meta l-konsumatur m’ghandux dhul zejjed biex isostni infieq aktar fl-istabilimenti.
Kieku qed jikber it-turizmu u l-esportazzjoni u qed isiru incentivi li jinkoraggixxu lin-negozji, kieku forsi s-sitwazzjoni qed tkun mitigata. Izda dan mhux qed isir u b’ekonomija m’hiex tikber u bil-gvern irid dejjem aktar minn ekonomija li qed tickien, qed jigri dak li mhux suppost, jigifieri perjodu ta’ zieda kostanti fl-inflazjoni meta n-numru ta’ nies disponibbli ghax-xoghol qed jizdied u l-intraprizi mhux jghamlu profitti bil-konsegwenza li l-investiment qed jonqos u l-impjieg ta’ hafna haddiema hu mhedded.
Dan hu s-sitt xahar wiehed wara l-iehor li l-GRTU qed tohrog din it-twiddiba. Izda mizuri li l-pajjiz ghandu bzonn ghadhom ma ittiehdux. X’inhu jistenna l-gvern? Qed jistenna li l-ekonomija tkompli niezla aktar l-isfel? Li l-inflazzjoni tkompli tirranka? Li d-deficit ikompli jikber ghax jonqos aktar d-dhul mit-taxxi u jkompli jizdied l-infieq tal-gvern? U ghaliex id-diskussjoni serja dwar l-istat vera tal-ekonomija Maltija ghadu ma bediex?