Il-GRTU – Malta Chamber of SME’s – temmen li s-Sea Malta ghandha rwol importanti x’taqdi ghas-servizz tal-komunita’ kummercjali u ndustrijali. Mhux tant importanti jekk is-Sea Malta tkunx tal-gvern jew tal-privat, l-importanti li s-servizz li taghti jkun zgur, kompetittiv u efficjenti. Il-membri tal-GRTU, l-aktar il-kummercjanti u l-burdnara li jahdmu regolarment mas-Sea Malta dejjem hadmu tajjeb bis-Sea Malta u ftit kienu d-drabi meta ma nstabux soluzzjonijiet ghat-talbiet tal-imsiehba tal-GRTU.
Il-GRTU Tawgura lis-Sea Malta

Wara l-ftehim preliminari dwar l-privatizazzjoni l-GRTU kienet ikkunsultata bil-ghan li jkun assigurat li l-privatizazzjoni tiffacilita s-servizzi rikjesti mill-kummercjanti u burdnara rapprezentati mill-GRTU. Il-process ta’ konsultazzjoni mexa tajjeb u dan jawgura tajjeb ghall-gejjini.
Is-sidien prospettivi tas-Sea Malta wkoll bdew fuq nota tajba hafna meta ghamlu kull sforz biex jaqdu l-htigijiet kollha ta’ dawk li kellmuhom u hargu skeda ta’ vjaggi li tolqot l-htigijiet kwazi ta’ kulhadd. Il-GRTU fiducjuza li din l-attitudni posittiva titkompla.
Il-GRTU tawgura li s-Sea Malta, taht it-tregija l-gdida, tkompli fit-triq tal-efficjenza fit-twettiq ta’ servizz fl-ahjar interess tal-kummerc u l-industrija. Bis-sahha tal-ftehim ezistenti li ghandu l-gvern mas-Sea Malta, u li dan ser jibqa’ jghodd ghas-sitt snin ohra, l-gvern ser jibqa’ jissussidja l-shipping lejn l-ewwel port ewlieni fl-Italja, li issa ser ikun il-port ta’ Salerno. Ir-rati ghall-kummercjanti ser jibqghu kif inhuma fuq din il-linja u fuq linji ohra s-servizz jibqa’ bhal lum ibbazat fuq il-kompetizzjoni. Wehed ghalhekk jistenna li l-Maltin jkollhom servizz li jizviluppa sewwa.