Il-GRTU tiddikjara li l-gvern jaghmel hazin hafna jekk jipprova jirredikola lill-Korpi Kostitwiti membri tal-MCESD bhal GRTU li jirraprezentaw setturi ekonomici kbar. Sfortunatament hekk ipprova jaghmel l-Onor Tonio Fenech meta wiegeb ghall-proposti konkreti li ghamlet il-GRTU ghar-Riforma fl-Income Tax. Il-GRTU qed titlob li jkun hemm biss tlett rati ta’ income tax biex titnaqqas it-taxxa li tolqot lil eluf ta’ middle income earners. Il-parir tal-GRTU lil Onor Fenech hu li jpoggi madwar mejda u jipprova jifhem il-messagg tal-GRTU u johrog bi proposti alternattivi jekk tal-GRTU ma jaqbilx maghhom.
Il-GRTU tiddikjara li l-gvern jaghmel hazin hafna jekk jipprova jirredikola lill-Korpi Kostitwiti membri tal-MCESD bhal GRTU li jirraprezentaw setturi ekonomici kbar. Sfortunatament hekk ipprova jaghmel l-Onor Tonio Fenech meta wiegeb ghall-proposti konkreti li ghamlet il-GRTU ghar-Riforma fl-Income Tax. Il-GRTU qed titlob li jkun hemm biss tlett rati ta’ income tax biex titnaqqas it-taxxa li tolqot lil eluf ta’ middle income earners. Il-parir tal-GRTU lil Onor Fenech hu li jpoggi madwar mejda u jipprova jifhem il-messagg tal-GRTU u johrog bi proposti alternattivi jekk tal-GRTU ma jaqbilx maghhom.
Il-proposti tal-GRTU tfasslu wara Survey li ghamlet il-GRTU mal-imsiehba taghha mifruxa ma’ Malta u Ghawdex kollu. Il-messagg hu wiehed car: il-faxxa medja tal-popolazzjoni, dik il-faxxa li tinkludi haddiema teknici, ezekuttivi, manigerjali, professjonisti, self-employed, sidien tan-negozji u ohrajn mill-oqsma turistici, finanzjarji, assigurazzjoni u ICT, kollha nies li ma jiehdu xejn minghand il-gvern izda jhallsu l-akbar kwantita’ ta’ taxxi, xebghet u xebghet ghal ahhar thallas hi biex jonfoq bla razan haddiehor.
Din hi l-klassi medja li minn fuqha l-gvern l-aktar li jdahhal taxxi. Kieku s-sagrificcji ta’ dawn in-nies sewa biex il-gvern fejjaq il-marda tad-deficit li issa ilha maghna 10 snin, kieku llum dawn in-nies m’humiex fl-istat ta’ dwejjaq li huma. Izda l-gvern aktar ma jdahhal flus mit-taxxi ta’ dawn in-nies aktar jonfoq u aktar ma jonfoq aktar jzied fit-taxxi u jaghfas dejjem lil istess nies. Jekk il-gvern din is-sitwazzjoni mhux jifhimha hu zball kbir.
L-Onor Fenech ammetta li minn fuq din il-faxxa importanti ta’ haddiema u produtturi il-gvern qed idahhal Lm40 miljun zejda. Dan hu ezatt l-argument tal-GRTU. Dawn l-40 miljun huma t-taxxi zejda li l-gvern qed jigbor minn fuq dawn in-nies b’paragun mal-proposti gusti tal-GRTU. Il-livelli ta’ taxxi li qed tipproponi l-GRTU jirraprezentaw dak li l-klassi medja ta’ Malta thoss li hu gust li ghandha thallas u li lesta biex thallas biex taghmel l-isforzi kollha biex il-pajjiz iqum fuq tieghu. Ir-rati li pproponiet il-GRTU jaghmlu gustizzja ma’ dawn in-nies. L-40 miljun li semma l-Ministru huma t-total ta’ piz zejjed li l-gvern ghabba fuq il-klassi medja u huma r-raguni ewlenija li tant nies illum qed jaqtghu qalbhom. Xoghol il-gvern illum hu li jibda, b’effett minn Budget 2006 ir-Riforma Fiskali li l-pajjiz ghandu bzonn biex l-ekonomija terga’ tibda tiehu r-ruh. Id-differenza jrid igibha mit-tnaqqis fl-infieq, bejgh ta’ propjeta u dhul iehor.
In-nies mghaffgin u r-rizultat jidher fl-infieq tan-nies u f’dak li qed jibqghalhom fi bwiethom u biex igemmghu. Ghalhekk l-ekonomija mhix tikber. Ghalhekk li n-nies illum iridu azzjoni. Jaghmel tajjeb il-gvern li flok joqghod fuq il-pariri hziena tan-nies ta’ madwaru li ghadhom jemmnu f’mudelli ekonomici li qdiemu, jqabbad team ta’ ekonomisti gwappi biex jghinuh jinqala mill-isqaq ikrah li dahal fih. Il-messagg tal-GRTU hu car: dawwar ir-rotta.
Dwar l-isptar generali l-GRTU qatt ma qalet lil gvern jghaddi l-isptar Centrali lil privat. Qaltlu biss biex ibiegh kemm jista’ jkun malajr l-art li hemm taht l-isptar il-qadim u li tiswa’ l-miljuni kbar biex hekk kif jibda jahdem l-isptar il-gdid jibda jdahhal il-flus biex jaghmel tajjeb ghall-hofra kbira li ghamel fil-finanzi tal-gvern l-ippjanar hazin tal-isptar il-gdid.
Il-GRTU ukoll qed tghid lil gvern biex ibiegh il-hafna propjetajiet zejda li ghandu. Hekk ghamlu gvernijiet ohra fl-Ewropa li bhal gvern taghna ma sabux mezz kif jikkontrollaw bis-serjeta n-nefqa pubblika. Il-gvernijiet kollha li qaghdu jibbazaw biss fuq it-taxxi kollha marru hazin. Il-gvernijiet l-ohra kollha Ewropej illum tghallmu li mhux jibqghu jghabbu fuq in-nies li l-aktar trid minnhom izda tnaqqas l-infieq u tbiegh iz-zejjed li ghandek minghajr htiega li tharbat s-servizzi socjali.
Il-messagg tal-GRTU jibqa’ wiehed car: irriforma t-taxxi. Nehhi l-pizijiet zejda minn fuq dahar il-klassi medja halli dawn in-nies jahdmu aktar, igemmghu aktar u jerfghu lil ekonomija mill-fondoq li qeghda fih. Il-GRTU m’ghandhiex dubji : l-ekonomija mhux ser tinqalgha mir-rata baxxa ta’ tkattir li ghandha jekk il-gvern ma jdawwarx ir-rotta u jirriforma s-sistema hazina ta’ taxxi li ghandna llum.