Zvilupp ta’ Negozji u Xoghol fil-Lokalitajiet
Il-GRTU tqies li hi l-kustodja tal-ekonomija fil-Lokalitajiet. Tqis li l-gvern u l-Kunsilli Lokali mhux jaghtu kaz bizzejjed tal-potenzjal ta’ impjiegi u attivita ekonomika li tezisti fil-Lokalitajiet. Ma jezistux incentivi bizzejjed u x-xoghol fil-Lokalita meqjus bhala inferjuri ghal dak fiz-zoni ta’ xoghol stabbilit. Il-GRTU temmen li l-potenzjal ta’ xoghol fil-Lokalita hu kbir hafna u ghandu jkun inkoraggut. Il-GRTU wkoll temmen li hemm lok ghal hafna progetti taht diversi skemi tal-EU biex ikunu attirati fondi mill-EU ghall-izvilupp tac-Centri Urbani u c-Centri Storici u ghall-Holqien ta’ xoghol u inizjattivi ekonomici godda fil-lokalitajiet.

Izda l-gvern ghandu jbiddel dawk ir-regolamenti kollha li qed jaghmluha tant difficli li x-xoghol fil-Lokalita jizdied. Ghandhom jinghataw incentivi fiskali ghal min izid l-impjieg fil-Lokalita. Il-mentalita u l-attitudni ta’ entitajiet pubblici bhal MEPA, l-MTA, l-ETC, u l-ADT ghandhom jinbidlu biex jirrikonoxxu aktar il-htigijiet tal-intraprizi fil-Lokalitajiet. Il-GRTU taghti s-support kollu biex jitfassal Pjan ta’ Azzjoni flimkien mall-Gvern Centrali u mall-Kunsilli Lokali biex il-Lokalitajiet isiru fonti ta’ attivita’ ekonomika gdida, jingieb xoghol gdid lil kull min ghandu kapacita eccessiva u jaghti hajja gdida lill-Lokalitajiet taghna. Il-GRTU tqies li l-Lokalitajiet ghandhom potenzjalita kbira u li gvern wara gvern ma tghax kas sewwa ta’ din l-potenzjalita. Budget 2006 ghandu jiehu l-Lokalitajiet bhala progett specjali u jiffoka ghajnuna u ncentivi lejhom.