Il-Kumitat Nazzjonali tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, iltaqa l-bierah biex janalizza l-pjan ta’ azzjoni tal-gvern biex jilqa ghal kwistjoni tal-fuels. Il-kummenti tal-GRTU ghall dan l-pjan ta’ azzjoni dawn
Il-Kumitat Nazzjonali tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, iltaqa l-bierah biex janalizza l-pjan ta’ azzjoni tal-gvern biex jilqa ghal kwistjoni tal-fuels. Il-kummenti tal-GRTU ghall dan l-pjan ta’ azzjoni dawn
1. Il-GRTU tifhem li l-gvern sab ruhu f’diffikultajiet kbar biex filwaqt li jibqa’ jzomm il-pjanijiet tieghu sabiex titfejjaq l-pjaga tal-Budget Deficit, isib tarf wkoll tal-problema li nholqot biex isib mezzi finanzjarji kbar bizzejjed biex ihallas ghall-hamsin miljun zieda li qed jinghad li hu mehtieg biex jinxtara l-fuel u l-gas ghall-power stations u ghall-uzu tal-ingenji ta’ kull tip. Il-GRTU taqbel li l-pjan finanzjarju tal-gvern m’ghandux jinbidel izda ghandha oggezzjonijiet serji ghall-pjan tal-gvern dwar in-nefqa tal-fuels.
2. Il-GRTU xtaqet tara aktar umilta minn naha tal-awtoritajiet u mhux iwahhlu kollox f’dak li qed isir fis-suq internazzjonali taz-zejt. Il-gvern seta ammetta li l-mod kif il-gvern ittratta din il-kwistjoni ma kien xejn sodisfacenti. Il-GRTU tqies li dak li gara matul s-sena li ghaddiet, u s-snin ta’ qabel wkoll, kienu sensiela twila ta’ indecizzjonijiet u decizjonijiet hziena fix-xiri ta’ zjut u gas minn barra. Illum l-poplu Malti kien ihallas hafna anqas kieku l-affarijiet saru ahjar u b’mod aktar professjonali u ghaqli kummercjalment. Il-poplu Malti ma jifhimx bizzejjed u jistenna li l-awtoritajiet mhux sempliciment jixtru u lill-poplu jghaddulu l-kont, izda li dawn l-awtoritajiet ihaddmu l-ahjar sistemi u l-aqwa expertise biex Malta tkun assigurata minn fornituri ta’ zjut u gas l-hin kollu u bl-anqas prezzijiet.
3. Il-GRTU, bhal poplu Malti kollu, tistenna wkoll li l-gvern mhux sempliciment jghid li hemm hafna inefficjenzi fl-amministrazzjoni tal-Enemalta u l-power stations, izda li jsib tarf ta’ dawn l-inefficjenzi kemm jekk kienu inefficjenzi fl-uzu ta’ fuels kif ukoll jekk huma inefficjenzi bhal over manning. Il-GRTU issostni li mhux bizzejjed li l-gvern jghid li qed jaghmel tajjeb ghal dawn l-inefficjenzi hu u mhux l-Enemalta, ghax l-flus tal-gvern, wara kollox, huma tal-Maltin ukoll, Il-GRTU wkoll kienet tistenna li wara dak li gara s-sena l-ohra, l-gvern issa kien tghallem u kellu jzomm process ta’ konsultazzjoni kontinwa u mhux jigi fl-ahhar tas-sena u jghidlilna li ghandna problema ta’ Lm50 miljun lira u li jrid lill-poplu jhallas. Il-GRTU ghamlitha cara, u terga taghmilha cara, li l-mod kif il-gvern ittratta din il-kwistjoni mhiex accettabli u mhux ser taccettah.
4. Is-soluzzjoni li qed jwettaq il-gvern illum tigbor fiha punti li ssuggerit l-GRTU. L-aktar dik li ma jgholiex id-diesel u jibda t-thaddiem tad-Direttiva Ewropea li tahtha l-gvern hu obligat li joffri diesel bi prezz irhis lill-intrapriza u li jaccetta wkoll, talanqas fil-principju, li jikkumpensa biex l-impatt fuq il-familji u l-purchasing power taghhom ma jkunx goff. Il-GRTU wkoll hadet nifs li l-option ta’ “surcharge” ta’ 102% ma jwettaqhiex.
5. Is-soluzzjonijiet li sab il-gvern fil-kumpless taghhom mhux hziena izda fihom elementi li ghalihom l-GRTU toggezzjona u ohrajn li l-GRTU ssostni li ghandhom jitrangaw mall-ewwel. Il-punti li ghalihom qed toggezzjona l-GRTU huma:
· Iz-zieda fl-elettriku ma saritx fuq studju tal-impatt fuq n-negozji z-zghar ta’ pajjizna. Hafna produtturi zghar mill-qasam tal-catering, agrikoltura, dolciera, fran, sprayers, garaxxijiet tat-tiswija u hafna negozji fl-entertainment, fir-retailing u spizeriji, servizzi generali, bhal hairdressing u ohrajn, ghandhom kontijiet tad-dawl qawwija hafna u biz-zieda fit-tariffi ta’ 55% dawn ser jgholew bil-kbir. Il-GRTU ghadha titlob bil-qawwi li f’isem dawn in-negozji kollha il-gvern ihaddem skema ta’ incentivi fiskali fejn fuq l-infieq li dawn jonfqu fuq l-elettriku jikkwolifikaw ghall-krediti fiskali taht il-ligi tal-income tax akbar milli igawdu illum. Il-krediti jikbru fejn in-negozji jnaqqsu l-konsum tal-elettriku u jsibu alternattivi irhas. Mhux tard biex l-gvern jwettaq din il-proposta ghax inkella u irrizultat zgur li ser ikun li f’dawn is-setturi ser inaqqsu l-impjiegi, jkun hemm zidied aktar fil-prezzijiet, fejn dan jista’ jsir, u zgur li ikun hemm intraprizi li jghoddsu.
· Il-GRTU tqies li l-gvern ghamel sewwa li ma gholliex il-gas u haseb biex jixtri aktar gas u jirranga s-sitwazzjoni fil-Qajjenza. Ghamel sewwa wkoll li hareg diesel iehor b’anqas taxxi biex jghin lill-industrija. Izda fit-thaddim ta din l-iskema proposta mill-GRTU l-gvern introduca l-prezz ghola mil-prezz minimu li tghid id-Direttiva (21 Euro ghall kull 1000 litru). Ghar minn hekk, izda, l-gvern fil-mod kif qed ihaddem id-Direttiva wera stmerrija lejn l-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna meta b’mod mill-aktar diskriminatorju qabad u ghadda dan d-diesel bi prezz irhis lil tal-manifattura biss u lill-lukandi u lil intraprizi z-zghar l-ohra kollha ma ta’ kashom xejn. Ghall dawn il-gvern ghabba iz-zifdiet. Mela tal-catering, restaurants, dolceriji, farms, garaxxijiet tat-tiswija u dawk kollha li ghandhom boilers u apparat iehor li jahdem bid-diesel jew pitrolju mhux nies ukoll ihaddmu? U ghaliex, issaqsi l-GRTU, li wara li l-Enemalta diga qed toffri zejt (LHO) ta’ kwalita hazina u ta’ hsara ghall-ambjent issa ukoll flok diesel tajjeb ghall-ambjent qed ibiegh bl-irhis diesel ta’ hsara akbar ghas-sahha?
· Dwar elettriku l-GRTU trid aktar studju. It-tariffi ser ikissru lill-hafna. Il-GRTU trid sistema ta’ agevolazzjoni fiskali mhux biss ghan-negozji izda wkoll ghall-familji. B’effett mill-Budget li gej l-gvern irid ghalhekk jaccetta t-talba tal-GRTU u jgholli l-livell tal-income ta’ fejn tibda tinqabad it-taxxa. Il-Familja medja ser tehel average ta’ Lm75 fis-sena aktar minhabba t-tariffi godda tal-elettriku. Il-familji medji li l-aktar li jhallsu taxxi, skond l-income tax bands diskriminatorji li ghandna f’Malta, ghandhom ikollhom relief mit-taxxa biex talanqas tikkumpensa ghaz-zieda fl-elettriku u ghaz-zieda fil-fuels. M’ghandux ikun is-sid tal-intrapriza privata li jhallas iz-zidiet u l-kumpens lill-familji. Is-sidien privati ma jifilhux ghaz-zidiet fl-elettriku u fil-fuel u ghaz-zidiet fil-pagi tal-gholi tal-hajja u issa ghal dawn iz-zidiet wkoll. Il-gvern dak li jhalli fil-bwiet tan-nies bl-gholi tal-income tax bands jgibu billi jaghti cans lin-negozju.jikber, B’mizura ghaqlija jiddefendi l-impjiegi.
Il-GRTU twiddeb lill-gvern li jekk ma jintroduciex fil-Budget mizuri ta’ agevolazzjoni lill-ekonomija kif qed tissugerixxi l-GRTU hawn u fil-proposti li resqet ghall-Budget 2006, in-negozju jerga jiehu skoss iehor lura. Dan hadd illum ma jridu. L-ekonomija ma tqumx bil-paroli u billi xi hadd jixtieqha tqum. Tqum b’azzjoni deciziva. Il-GRTU tistenna li Budget 2006 ikun effettiv u stimulanti ghall-ekonomija.