L-Assocjazzjonijiet Nazzjonali tat-Trasportaturi li jirraprezentaw lis-sidien tal-buses, sidien tal-coaches tal-passigieri, sidien ta’ mini-buses, burdnara, trasportaturi tal-ilma u fuels, u kuntratturi iltaqghu l-GRTU biex flimkien ifasslu pjan ta’ azzjoni li ghandu jwassal biex tkun indirizzata b’mod gust l-kwistjoni taz-zidiet fil-prezz tad-diesel. Ghat-trasportaturi kollha l-infieq fuq il-fuel hu nefqa pricipali fix-xoghol taghhom u z-zidiet fil-prezz tad-diesel (li minn 28c. 2mils fl-1 ta’ Jannar 2004 issa telgha ghall-42c.6mils) qed jaffetwa bil-kbir l-operat tan-negozju taghhom. Dawn l-operaturi fil-bicca l-kbira tal-kazi ma jistghux jaqbdu u jghollu l-prezz tas-servizzi taghhom u ghalhekk iz-zidiet qed jikkawzawlhom telf konsiderevoli.

Ir-rapprezentanti tat-trasportaturi ghalhekk qablu li jitolbu lill-gvern biex immedjatament jiltaqa’ maghhom biex fi zmien gimghatejn tinstab soluzzjoni ghal din l-problema. It-trasportaturi qed jitolbu li bhala sinjal ta’ rieda tajba minn naha tal-gvern dan ghandu jordna lill-Regolatur tal-Energija biex jordna lill-Enemalta tissospendi l-ahhar zieda ta’ 8mils fil-litru li qabdet u mponiet mill-1 ta’ Novembru 2005. It-Trasportaturi wkoll qed jitolbu lill-Gvern li jemmenda l-ligi tas-sisa fuq id-diesel biex it-Trasportaturi jgawdu wkoll mill-5c fil-litru li l-gvern naqqas ghall-intraprizi ohra. Ghat-Trasportaturi ma taghmel l-ebda sens li fuel ta’ livell gholi ta’ sulphur qed jinghata vantagg fiskali fuq fuel li huwa ta’ anqas hsara ghall-ambjent. Fuq kollox ma taghmilx sens li l-gvern qed jiddiskrimina bejn post tax-xoghol u iehor.
It-Trasportaturi wkoll qed jitolbu lill-gvern jispjega ahjar kif qed tahdem l-formola li biha kull xahar l-Enemalta tiddeciedi li tibdel l-prezz tad-diesel. It-Trasportaturi jridu assigurazzjoni li l-prezz li hu inkluz fil-formola hu l-prezz tad-diesel importat attwalment f’Malta u mhux prezz internazzjonali tal-mument irrispettivament jekk id-diesel kienx mixtri qabel u b’irhis.
Fuq kollox it-Trasportaturi ma jridux aktar is-sistema ta’ caqlieq fil-prezzijiet kull xahar u jridu li c-caqlieq li jsir ikun fuq perjodu itwal.
Ir-Rapprezentanti tal-Assocjazzjonijiet qablu li f’nuqqas ta’ ftehim sodisfacenti huma jkunu lesti li jiehdu azzjoni ta’ protesta flimkien biex juru d-diterminazzjoni taghhom ghall-soluzzjoni gusta.
Matul il-laqgha l-President tal-GRTU Paul Abela u d-Direttur Generali Vince Farrugia taw rapport tad-diskussjonijiet li kellhom mall-Gvern dwar din l-kwistjoni kollha taz-zidiet fil-fuels u fl-elettriku. Huma taw ukoll dettalji tal-laqgha li kellhom mall-Ministru Dr Austin Gatt il-bierah 1 ta’ Novembru 2005 fejn infurmawh bil-laqgha li l-GRTU sejhet ghat-Trasportaturi.
Ghall-laqgha attendew Paul Abela, Vincent Farrugia f’isem il-GRTU li tirraprezenta Burdnara ta’ kull generu, trasportaturi tal-fuel, tal-ilma, ta’ prodotti ohra kif ukoll sidien ta’ ingenji tal-kostruzzjoni u ngenji tad-tindif pubbliku, Karmenu Zammit, Salvu Vella u Mario Ciantar f’isem il-Burdnara, James Cassar u Emanuel Zarb ghall-Unscheduled Bus Service (UBS), Frank Said ghall- Executive Transport Coop Ltd (ETCL), Joseph Farrugia ghall-KOPTACO u operaturi tal-coaches tal-passigieri, Victor Spiteri u Emmanuel D’Amato ghall-Assocjazzjoni Trasport Pubbliku (ATP).