Il-problema tal-gvern fejn jidhlu l-prezzijiet tad-diesel u tat-tariffi tal-elettriku hi gravi. Dan ghaliex l-gvern mhux jifhem li hu zbalja fil-mod kif xtara z-zjut minn barra, zbalja bl-ikrah meta qabad u fassal metodu kif jistabbilixxi l-prezz tad-diesel u fuels ohra essenzjali ghall-kumerc, l-industrija u t-turizmu bla ebda konsultazzjoni mall-korpi kostitwiti li jirraprezentaw lill-intraprizi f’kull qasam ekonomiku, u zbalja bil-kbir meta injora id-Direttivi u prattici tal-Unjoni Ewropeja fejn tidhol trasparenza u b’mod partikulari fejn tidhol gustizzja. Il-gvern baqa ma tghax kaz u ma spjegax kif jistabbilixxi l-prezzijiet u t-tariffi u r-Regulatur tal-Energija li suppost li hu, hu li hu responsabbli li jisgura li dak li qed tghid l-GRTU jsehh, baqa ma qal xejn.

Il-GRTU ghalhekk ressqet l-protest taghha lill-Kummissjoni Ewropeja. Il-protest tal-GRTU mhux dwar il-prezzijiet internazzjonali, kif qed jghidu l-kelliema tal-gvern izda dwar il-mod ingust li sidien ta’ intraprizi zghar gew injorati u diskriminati bil-mod li l-gvern qabad u ivvantaggja lil xi intraprizi ghax sempliciment huma kbar jew jahdmu f’settur partikulari u injora lil kul hadd.
Il-protesta li qed torganizza l-GRTU hi kontra awtoritajiet li jew naqsu minn dmirhom, jew bi strategija qed ikomplu jinjoraw dak li hu gust u sewwa li jsir. In-nies tipprotesta meta tkun injorata, meta tidhol l-arroganza flok ir-raguni meta tidhol l-ingustizzja flok l-gustizzja. U tipprotesta sa ma twassal il-messagg. F’pajjizna mexjien hazin u l-gvern hu responsabbli biex jirrimedja.