Il-Kunsill tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, illum iltaqghet mall-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant u mall-Kelliema Ewlieni tal-Oppozizzjoni ghall-Kummerc u Affarijiet tan-Negozji Zghar u Medji.
Il-Kunsill tal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji, illum iltaqghet mall-Kap tal-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant u mall-Kelliema Ewlieni tal-Oppozizzjoni ghall-Kummerc u Affarijiet tan-Negozji Zghar u Medji.
Id-Delegazzjoni tal-GRTU kienet immexxija mill-President, Paul Abela u mid-Direttur Generali Vincent Farrugia.
Matul dawn l-granet il-GRTU qed tiltaqa’ mall-Gvern u l-Oppozizzjoni bi preparattivi ghall-Konferenza Nazzjonali Annwali tal-GRTU li ser issir fil-15 ta’ Jannar 2006. It-Tema tal-Konferenza din is-sena hi “L-Istat tan-Negozji Zghar u Medji f’Malta u Ghawdex f’Gheluq l-2005, Prospetti ghas-sena 2006.
Il-Konferenza Nazzjonali tal-GRTU ser tanalizza r-rizultat tas-Survey li qed isir fost is-sidien tan-Negozji Zghar u Medji dwar l-Istat tan-negozju taghhom u xi prospetti qed jaraw ghall-futur.
Fil-Konferenza Nazzjonali tal-GRTU ser jitkellmu wkoll il-Prim Ministru u l-Agent Kap tal-Oppozizzjoni.
Fil-Laqghat mal-Mexxejja Politici, l-Ufficcjali tal-GRTU qed jiddiskutu it-tema tal-Konferenza u jressqu quddiem l-gvern u l-Oppozizzjoni l-ewwel analizi li hargu mis-Survey. Minghand il-mexxejja pulitici l-GRTU qed titlob proposti ghal soluzzjonijiet ghall-problemi li qed niffacjaw.
Il-GRTU qed tipprezenta l-veduti taghha li l-awtoritajiet mhumiex konxji bizzejjed tal-htigijiet tan-negozji z-zghar u medji u li b’konsegwenza ta’ dan mhux biss qed ibaghtu hafna sidien ta’ negozji, izda wkoll qed ikun imrazzan l-izvilupp ekonomiku in generali.
Il-GRTU tqis li mhux talli s-sidien tan-negozji z-zghar ma jsibux ghajnuna, imma talli qed isibu tfixkil li flok li jonqos qieghed dejjem jizdied. Il-GRTU qed issahhah il-kampanja taghha biex dan ir-rikonoxximent jidhol fis-sistema burokratika u pulitika ghaliex l-GRTU issostni li fis-sistema kollha ghad hemm pregudizzju qawwi kontra s-sidien tan-negozji zghar u medji u kontra s-self employed. Il-GRTU temmen li qabel ma jinqata’ dan il-pregudizzju l-ekonomija Maltija tibqa’ ma tilhaqx dak il-livell ta’ kompetittivita mehtiega biex issir parti integrali u verament kompetittiva fis-Suq Wiehed Ewropew.