Il-Kunsill tal-GRTU llum iltaqgha mal-Ministru Dr Austin Gatt biex jiddiskuti fid-dettal il-problemi li n-negozji z-zghar mill-oqsma kollha li x-xoghol taghhom jiddependi minn konsum qawwi ta’ elettriku qed jiffacjaw kawza tas-Surcharge imposta mill-gvern. Il-Ministru Austin Gatt spjega l-politika li miexi biha l-gvern dwar il-problema kbira ta’ zieda qawwija fil-prezzijiet taz-zejt u l-impatt li dan qed ikollu fuq l-ekonomija Maltija. Il-GRTU ipprezentat lil Ministru pakkett ta’ proposti kif in-negozji z-zghar jistghu jkunu agevolati biex jilqghu ghall-problemi imposti fuqhom fiz-zieda fil-kontijiet tal-elettriku u l-ilma.
Il-Ministru assigura lil GRTU li l-proposti ser ikunu studjati sewwa mill-gvern ghax l-intenzjoni tal-gvern hi li din il-problema tkun iffacjata b’mod prattiku bl-inqas impatt fuq l-operaturi ekonomici. Il-Ministru spjega li l-implimentazzjoni tal-proposti tal-GRTU iridu certu zmien ghaliex l-istrutturi fl-Enemalta iridu jinbidlu u jridu jsiru l-emendi necessarji ghall-ligijiet fiskali. Il-Ministru Austin Gatt izda assigura lil GRTU li l-gvern hu deciz illi jaghmel dak kollu li hu possibli biex l-intrapriza zghira ta’ pajjizna tinghata kull possibilita li tiffaccja l-problemi ikkawzati mill-gholi fil-kontijiet tal-elettriku u ta’ l-ilma.
Il-GRTU enfasizzat illi f’nuqqas ta’ mizuri immedjati li jsahhu b’mod decisiv ghall-pizijiet kbar li qed ikollhom igorru eluf ta’ imprendituri zghar Maltin l-indikazzjonijiet jidhru cari li dawn l-intraprizi u negozji biex jibqghu jfendu jkollhom bilfors inaqqsu l-impjiegi. Din hi xi haga li l-GRTU ma tridhiex u ghalhekk li qed tinsisti b’kull mezz mal-gvern biex fl-iqsar zmien jghin in-negozji u imprendituri zghar Maltin.
Il-proposti tal-GRTU jinkludu agevolazzjonijiet fiskali, bidla fl-istruttura tal-mod kif ikunu pprezzati l-prodotti tal-Enemalta, facilita’ biex in-negozji li jikkunsmaw hafna elettriku jutillizaw il-hinijiet ta’ bil-lejl b’rati ta’ hlas ta’ elettriku baxxi, bidla fl-istruttura ta’ dazji biex min ghandu negozju li jiddependi hafna fuq il-konsum tad-diesel ikun agevolat u kampanja nazzjonali akkumpanjata minn incentivi prattici biex in-negozji u l-familji jinvestu f’facilitajiet li jikkunsmaw inqas energija.
Il-GRTU enfassizat b’mod partikolari l-htieg urgenti li s-sistema ta’ ‘caping’ tinbidel ghaliex din hi sistema ngusta u diskriminatorja man-negozji u ntraprizi zghar ghaliex tiffavorixxi l-intraprizi l-kbar u ghal dan jaghmlu tajjeb ghaliha l-intraprizi z-zghar. Il-GRTU qed tissuggerixxi illi jekk ghandhom jinghataw xi vantaggi, dawn ghandhom jinghataw lin-negozji kollha li huma dipendenti hafna fuq l-uzu ta’ l-elettriku irrispettivament humiex kbar jew zghar, dan ghaliex kull post tax-xoghol hu importanti. Il-GRTU qed tahdem fuq pjan, li filwaqt li jkun ta’ vantagg ghall-Enemalta ghax jizgura inqas konsum ta’ energija, jkun ta’ vantagg ghall-konsumatur u n-negozji z-zghar li jservuhom.
Suggetti ohra diskussi fil-laqgha kienu l-Low Cost Airlines u l-progett ta’ parking ghal Belt Valletta.