Il-GRTU tappella lil Gvern biex din il-kwistjoni tal-Low Cost Airlines jaqtaghha ghax s’issa fejn konna bqajna. M’hemm l-ebda dubju li l-problema hi l-hlas esagerat li l-awtoritajiet tal-ajruport ta’ Malta qed jiccargjaw lil linji tal-ajru li jridu jtiru lejn Malta.
Il-GRTU tappella lil Gvern biex din il-kwistjoni tal-Low Cost Airlines jaqtaghha ghax s’issa fejn konna bqajna. M’hemm l-ebda dubju li l-problema hi l-hlas esagerat li l-awtoritajiet tal-ajruport ta’ Malta qed jiccargjaw lil linji tal-ajru li jridu jtiru lejn Malta.
Hadd mhu qed jghid li ghandhom jinghataw is-sussidji lil linji tal-ajru, izda l-Gvern irid jara kif l-awtoritajiet tal-ajruport jhaddmu sistemi li jpoggu l-ajruport ta’ Malta fuq bazi verament kompetittiv. B’dan igawdu l-airlines kollha u zgur li jizdiedu n-numri ta’ linji li jkunu lesti li jgibu aktar turisti lejn Malta. Din hi l-kwistjoni kollha: Malta ghandha bzonn aktar linji tal-ajru u aktar flights irhas.
M’hemm l-ebda dubju li jekk il-Gvern mhux ser jiccaqlaq in-numru ta’ turisti li jigu Malta ser ikompli jonqos u dan meta ghan-numru ta’ negozji u stabilimenti li hawn illum in-numru ta’ turisti li qed jigu diga mhux bizzejjed.
Il-Gvern ghandu jiftah negozjati bis-serjeta ma RyanAir u mhux joqghod jitkellem maghhom bl-intermedjarji. Il-proposti taghhom li jinghataw skonti skond in-numru ta’ turisti li kull linja tal-ajru iggib lejn Malta, hi tajba. Din tinkoragixxi lil kull linja tal-ajru biex iggib turisti aktar milli qed iggib illum u tinkoragixxi linji godda li jibdew jahdmu lejn Malta. Zieda sostanzjali fin-numru ta’ turisti li jigu Malta taghti qliegh lil Maltin u lil Gvern stess hafna aktar minn kull piz ta’ kull mizura li jrid jiehu l-Gvern biex l-ajruport ta’ Malta jsir verament kompetittiv.
Il-GRTU tistenna azzjoni decisive mill-Gvern ghax it-tigbid zejjed mill-Gvern biex isib soluzzjoni holoq stat ta’ incertezza li qed iwegggha lil hafna operaturi turistici u qed jirredikola lil Malta.