Il-GRTU ipprezentat lil Gvern pjan serju u dettaljat ta’ kif fuq hames snin nghollu il-livell tas-servizz tal-gbir tal-iskart, u nnadfu lil ambjent mill-pjaga ta’ skart li jista’ jigi migbur u reciklat. Biex waslet ghal dan il-GRTU ghamlet konsultazzjonijiet mal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, mal-Koperattiva tal-Gbir tal-Iskart, mas-sidien tal-kumpaniji tal-iskips, mas-supermarkets, mini markets, grocers, bars, restoranti u stabilimenti ohra, mal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Ambjent u mal-Ghaqda tal-Konsumaturi u mal-esperti tal-Eurocommerce fi Brussels u mal-esperti migjuba Malta mill-Gvern taht it-twinning agreement tal-EU u mal- WasteServe.
Il-GRTU qeghda tinnegozja mal-Gvern skema ta’ separazzjoni u gbir ta’ skart bieb bieb li twassal biex fl-iqsar zmien possibbli Malta tkun minn ta’ quddiem nett fl-Ewropa ghall-gbir tal-iskart separat skond id-direttivi Ewropew. Ma jkunx separat u migbur biss l-iskart tal-birer, ilma u soft drinks izda dak kollu li jista’ jingabar.
L-iskema li qed tipproponi l-GRTU tfisser li l-konsumaturi jinghataw boroz apposta li fihom jitpogga l-iskart separat. L-iskart jingabar minn wara bieb in-nies u minn hdejn il-hwienet u negozji bieb, bieb. Darba kuljum jingabar l-iskart imhallat u kull jumejn jingabar l-iskart separat. Min jigbor l-iskart jithallas prezz xieraq biex ikollu l-incentiva li jigbor kemm jiflah u jgorr l-skart separat ghand ic-centri fejn isir ir-riciklagg jew l-ipprocessar ghall-esportazzjoni. B’dan il-mod mhux jingabar biss l-iskart ta’ tlett ditti tal-minerali izda jingabar l-iskart kollu li jista’ jigi separat. Bil-Pjan tal-GRTU tkun ukoll ‘upgraded’ is-sistema tal-gbir tal-iskart li tezisti llum billi jsiru investimenti godda fi trakkijiet u processi tat-tkissir tal-iskart. Il-GRTU trid servizz ahjar lill- komunita kollha u mhux biss lil min hu b’sahhtu.
L-iskema ta’ depoziti fuq fliexken tal-hgieg, plastik, u metal li qed tipproponi id-ditta MDRS li warajha hemm id-ditti ta’ Farsons, Marsovin u tal-General Soft Drinks (Mizzi) ma tahdimx u ma jista’ jkollha qatt is-sapport tal-GRTU u tas-sidien tal-hwienet. Ghalhekk hadd, l-ebda hanut mhu jaqbel maghha.
L-ewwel nett l-iskema ta’ depoziti mfassla minn dawn it-tlett ditti trid tahdem bi flus il-Gvern: grants, self, art u fabbrika imhallsa mit-taxxi tal-Maltin. It-tieni biex tahdem trid monopolju li jkun ifisser li min irid jimporta birer, imbejjed u soft drinks jrid ikollu l-permezz ta’ min ghandu l-post u l-iskema tal-gbir tal-iskart. Din mhux ghajr mossa biex tohnoq il-kompetizzjoni. It-tielet, l-iskema tal-MDRS tghabbi r-responsabilta li llum skond id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea u taht il-ligi hi tal-bottlers u tal-importaturi fuq is-sidien tal-hwienet, supermarkets, mini-markets, grocers, wholesalers, bars, restoranti ecc, meta r-retailers taht id-Direttivi Ewropew mhux responsabbli.
Aghar minn hekk izda is-sistema ta’ depoziti tirrikatta lil konsumatur billi zzommlu flusu u biex jehodhom lura jrid joqghod jimla daru bl-iskart u joqghod jigri b’dan l-iskart ghand tal-hwienet u jikkjuja biex jiehu lura flusu minghand tal-grocer jew minghand is-supermarket. Barra dan kollu imbaghad l-irhula taghna jridu jlahhqu ma’ l-izgombru ta’ trakkijiet taz-zibel ta’ gbir normali u l-iehor li ser jakkumula ghand tal-hwienet. L-iskema tal-MDRS hi insult lil tal-hwienet, lil konsumaturi u lil lokalitajiet.
Din il-gennata tal-hwienet ma jriduhiex u jekk tkun imposta tkun rezistita. Il-GRTU diga tat direttivi lil tal-hwienet kollha biex din l-iskema ma jaghtux kasha. Jekk min qed jipproponiha behsiebu jibqa’ ghaddej, il-GRTU tkun kostretta li meta jispiccaw il-monopolju tal-lum u tinfetah l-importazzjoni (Jannar 2008) ghall-birer u soft drinks li mhumiex fil-fliexken “refillable” tordna boycotts kontra min ikun sallab lil tal-hwienet bil-gennata tad-depoziti. Wara Dicembru 2007 tal-hwienet jehilsu mis-sistema tad-deposits u gbir ta’ fliexken li huma msallbin biha llum u mhux ser jitwikkew b’ohra. Il-kompetizzjoni wara l-2008 taghmilha possibbli li jitwarrab min illum ghandu s-sahha li jimponi.
Il-GRTU qed titkellem car daqs il-kristall illum biex ghada hadd ma jghid li ma kienx jaf.
In-nefqa biex issir haga, li flok li ssallab lin-nies ittiehom servizz mill-aqwa, mhix wisq differenti min-nefqa li vvinta min fassal pjan intelligenti ta’ kif ifarfar min fuq dahru ir-responsabbilta li taht il-ligi hi tieghu u jghabbiha fuq il-Maltin kollha, konsumaturi u sidien tal-hwienet. Il-GRTU diga qalet lil Gvern li din mhux ser toqghod ghaliha. Il-Gvern diga qal pubblikament li mhux ser japprova l-ebda skema li ma jkollhiex is-sapport tas-sidien tal-hwienet.
Il-pjan tal-GRTU jahdem u jixraq lil Malta. Il-pjan tal-MDRS hu farsa li aktar ma jkun irtirat malajr aktar ikun iffrankat inkwiet bla bzonn u hela ta’ hin u flus.
Min veru jrid ambjent ahjar triq wahda ghandu: jikkopera biex il-Pjan ghall-Ambjent Ahjar tal-GRTU jithaddem u jirnexxi ghall gid ta’ kulhadd.