Il-Problema
hi l-ispejjez zejda li jgibu maghhom zidiet
fil-prezzijiet.
Il-GRTU semghet
b’interess rapporti li saru fl-MCESD minn diversi Entitajiet
Pubblici dwar l-analazi taghhom dwar xinhu jsir fuq prezzijiet. Il-GRTU
pprezentat ukoll il-punti ewlenin ta’ rizultat tar- ricerka taghha mas-sidien
ta’ l-intraprizi f’oqsma diversi tal-kummerc: retailers, traders,
wholesalers,hair salons, beauty
salons, farms, petrol
stations, garaxxijiet ta’ tiswijiet, computers u IT
Services u attivitajiet ekonomici ohra fejn l-prodott u s-servizz
jinbiegh direttament lill-konsumatur. transportaturi, sidien tal-bars, restoranti u postijiet
ta’ deivertiment u varjeta kbira ta’ servizzi, spizeriji,
Minn din l-analazi l-GRTU
ssostni li:
Ø
Prezzijiet
fil-hwienet u negozji jirriflettu s-sistema ta’ nfieq li n-negozjant jrid
jaghmel biex jirnexxielu jwassal l-prodott jew servizz
lill-konsumatur. Jigifieri meta l-Gvern u l-entitajiet pubblici qed jaghmlu dawn
l-ispezzjonijiet kollha fil-hwienet u fin-negozji, huma qed jistudjaw biss
is-sintomu tal-marda u mhux l-kawza tal-marda
Ø
Meta negozjant ihallas
tax-xoghol li jkun xtara u li fil-bicca l-kbira tal-kazi dan jirrifletti l-prezz
ta’ kemm jinxtara l-prezz tal-materjal minn barra, dak li jinciza
l-aktar fuq l-prezz huma spejjez li jinholqu
lokalment.
Fil-prezentazzjoni tieghu
lill-MCESD id-Direttur Generali Vincent Farrugia rrefera ghal dak li jirrapurtaw
in-negozjanti li jaffettwa l-gholi fil-prezzijiet u li dwarhom il-Gvern Malti
jista u hu obbligat, li jaghmel xi haga. L-imsiehba tal-GRTU u
negozjanti l-ohra li hadu sehem fl-analazi indikaw
dawn:
·
Il-burokrazija
zejda li ghandna fil-pajjiz u li dejjem tikber
·
Ic-charges bla
razan li jinponu l-banek
·
Ic-charges
amministrattivi li jinponu d-dipartimenti u l-entitajiet
pubblici
·
Ic-charges bla
kontroll li jinponu l-monopolji pubblici jew privati
bhall:
·
Enemalta
ghall-elettriku u fuels
·
Go u Vodafone
ghat-telefonija
·
Freeport u Valletta Gateway
Terminals ghall-portijiet
·
Federated
Mills
ghat-tqiq
·
Monopolji u
ditti dominanti privati ohra li l-prezz taghhom ma tistax
tinnegozjah
·
Infieq zejjed
fuq tragit fuq it-toroq kawza ta’ dewmien, hsarat u traffic
mis-management
·
Infieq zejjed ikkawzati mil-wardens u charges
bl-addocc ta’ parkeggjar
·
Charges tal-portijiet
li ghadhom xorta qawwijin hafna
·
Infieq fuq shipping
·
Infieq fuq vjaggar
bl-ajru
·
Infieq dejjem jikber fuq insurances
·
Infieq li dejjem jikber fuq kwistjonijiet
ta’ ambjent
·
Infieq li dejjem jikber fuq kwistjonijiet
ta’ health and
safety
·
Infieq li dejjem jikber fuq Food Hygiene
u regolamenti ohra mfassla ghal pajjizi barranin
·
Zelu zejjed fit-twettiq tad-direttivi u
regolamenti Ewropej minghajr kaz ta’ xejn ta’ l-impatt fuq in-negozji z-zghar
Maltin
·
Regolamenti tax-xoghol li jimponu bla kaz
ta’ xejn u bla bzonn pizijiet zejda
·
Il-ligi tat-thaddim tal-part-t
imers
·
Ebusija zejda
minn
naha tal-VAT li
ssallab lil min qieghed sewwa flok li taqbad lil min
jevadi
·
Infieq zejjed marbut mal-Euro
Changeover bla kumpens ta’ xejn
·
Infieq zejjed fuq licenzji u
kontribuzzjonijiet minn entitajiet
bhal MTA u Medical
Authority
·
Hlas ta’ kirjiet
esagerati
·
Prezzijiet gholjin wisq tal-propjeta
kummercjali
·
Taxxi qawwija wisq ta’ transferiment ta’
propjeta ghall-uzu ta’ l-intraprizi
·
Infieq qawwi fuq servizzi ta’ medicina u
servizzi ta’ tobba
·
Charges esagerati
mis-servizzi professjonali bhall accountants u
awdituri
·
Charges
u nfieq bla razan imposti mil-MEPA
·
Charges esagerati
mill-ADT
·
Prattici restrittivi
minn entitajiet
bhal pixkerija u l-pitkalija li jwasslu ghal-prezzijiet gholjin
·
Prattici restrittivi (restricitve
practices) minn monopolji
statali u privati bla ebda kontroll mill-ufficju tal-kompetizzjoni gusta
·
Sistema ta’ taxxi li tikkastiga lil min
jahdem u jiproduci u tiffavurixxi lil min jwarrab, jispekola u jevadi
Id-Direttur
Generali tal-GRTU widdeb fl-MCESD, u l-GRTU qed twiddeb pubblikament, illi jekk
l-awtoritajeit mhux ser jistudjaw bis-serjeta, u jiehdu azzjoni f’waqta, biex
inaqqsu bis-serjeta l-infieq kbir li kull kummercjant irid jaghmel biex ikopru
kollox mil-prezz li huwa jistabbilixxi ghal prodotti jew is-servizz tieghu, jkun
inutli li inparlaw fuq it-trazzin ta’ l-inflazzjoni. Studju
tal-prezzijiet jiswa imma l-importanti hu kif jitnaqqsu l-ispejjez zejda li
jikkawzaw iz-zidiet fil-prezzijiet.