Bis-sahha ta’ partnership li gie ffirmat bejn l-GRTU u
t-Transfinance issa l-GRTU tkun tista tghin lin-negozjanti Maltin biex f’metodu
semplici jkunu jistghu jaghmlu l-applikazzjoni ghall-infieq fuq taxxa li
ghandhom dritt jehduh lura.
Dalghodu l-GRTU habret skema li ser
tkun disponibbli ghall-imsiehba tal-GRTU u negozji ohra li jaghmlu nfieq fi
vjaggar, akkomodazzjoni, fieri, konsulenzi u nfieq iehor li fuqhom tinqabad
l-VAT u fejn in-negozjant Malti isibha bi tqila biex jitlob refund.
Il-President tal-GRTU, Paul Abela
spjega li dan hu servizz iehor fis-sensiela ta’ servizzi li l-GRTU qed tipprovdi
lill-komunita kummercjali biex tghinhom dejjem aktar jiffacilitaw
l-integrazzjoni taghhom fis-suq kbir ewropew. Dr. H.J.H Linneman membru
tal-International VAT Association u fundatur tat-Transfinance spjega kif
fil-prattika negozjant Malti permezz ta’ dan l-partnership jista issa jibda
jiehu lura hlasijiet li jkun ghamel fuq taxxa anke f’hafna cirkustanzi fuq taxxa
li thallset u ma gietx migbura fix-xhur u s-snin li
ghaddew.
L-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju
Parlamentari ghan-Negozji z-Zghar spjega l-importanza ta’ ftehim bhal dan
ghaliex issa jkun zball jekk wara x-xoghol kollu li sar biex Malta tintegra
s-sitemi taghha ma dawk ta’ l-Unjoni Ewropeja n-negozjant Malti joqghod lura
ghax ma jkollux l-ghodod adatti li jghinuh jikkompeti b’mod
effettiv.
Il-Konferenza ta’ dalghodu li
nzammet fil-kwartieri tal-GRTU fil-Borza l-Qadima Triq ir-Republika, l-Belt
Valletta, tkellem ukoll id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia fejn spjega
kif il-GRTU illum qed tibni organizzazjoni li trid twassal n-negozjant Malti
biex ikollu l-assistenza professjonali kollha mehtiega u bi prezz adekwat biex
jirristruttura l-istruttura ta’ nfieq tieghu halli jkun jista jikkompeti b’mod
aktar effettiv. Il-GRTU ser tibqa l-vuci qawwija tal-SMEs ta’ pajjizna imma ser
issir dejjem aktar ukoll organizzazjoni ta’ sostenn lill-Business Malti biex
ikun iktar kompetittiv.