Il-GRTU
qieghda f’tahdidiet mal- Ministeru tal-Finanzi biex jillegisla b’urgenza biex
jikkontrolla l-loghob esagerat li qed isir l-aktar permezz tas-Super 5 u loghob
iehor li issa hu mibjugh bla kontroll minn fuq it-televizjoni lokali. Is-Super 5
waheda qed tkun ragun ta’ telf ta’ bejgh ghall-wesgha kbira ta’ negozji zghar
fl-irhula u l-ibliet kollha. Din il-gimgha biss il-livell ta’ waqa’ fil-bejgh
minhabba l-infieq bla kontroll fuq is-Super 5, kien
rekord.
Il-kwistjoni
ggravat kemm ilha li s-sistema giet pprivatizzata u l-Gvern, bla konsultazzjoni
ma hadd nehha l-limitu li qabel kien impost
bil-ligi ta’ kemm tista’ titla s-somma tar-rebh. Issa qed jigri li
t-total li jista’ jintrebah qed jibqa tiela bla limitu. Il-GRTU qed titlob li
l-Gvern jillegisla biex hekk kif is-Super 5 jaqbez mitt elf liri Maltin (jew sa
mitejn u hamsin elf Euro) l-operatur (f’ dal-kaz Maltco) ikun obbligat jibqa
jtella n-numri sa ma jkollu rebbieh.
Din mhiex
kwistjoni li l-Gvern ghandu jhalliha f’idejn l-operatur privat u jinsa
lill-Malta u lil kullhadd.