Il-Qorti
ippreseduta mill-Imhallef Onor. Geoffrey Valenzia illum semghet it-trattazjoni
tar-rikors * li ghamlet il-GRTU kontra l-Prim Ministru, l-Ministru tal-MIIT u
l-MITTS u d-Direttur Generali (kuntratti) fejn l-GRTU qed titlob illi t-tender
ghal-Computer Systems ghall-Gvern jittwaqqaf ghaliex id-drittijiet tal-imsiehba
tal-GRTU kienu pregudikati meta ir-rapprezentanti tal-Gvern iltaqghu u
iddiskutew it-tender mal-membri tal-kamra tal-kummerc u ma ltaqawx mal-membri
tal-GRTU mil-qasam tal-IT u Computer Systems.
Il-kaz gie aggornat ghat-Tnejn 13
ta’ Awwissu 2007 fl-10.00 am meta il-Qorti taghti
d-decizjoni taghha.
F’ nota
lill-media li harget il-GRTU nhar l-Erbgha 8 ta’ Awwissu fis-6.30pm ghalkemm
intqal li s-smiegh tar-Rikors kellu jsir il-Gimgha 10 ta’ Awwissu, b’zvista
intqal ukoll illi t-talba tas-sospenzjoni tat-tender kienet
milqugha.
Il-GRTU tiskuza ruhha ghall-kull inkonvenjent li setgha nholoq
ghax illum irrizulta li ma kienx hemm sospensjoni.
______________________________________________________________
* Mandat t’Inibizzjoni
numru 1186/07GV