Il-GRTU
insistiet biex qabel tiddahhal l-Euro f’pajjizna l-Gvern jerga jghati cans iehor
lil min maghtul is-snin akkumula fondi fil-munita Maltija, minghajr ma tax
rendikont korrett lil tat-taxxi interni, biex dawn ikollhom l-opportunita illi
jirregolizzaw il-pozizzjoni taghhom.
Il-GRTU
insistiet biex qabel tiddahhal l-Euro f’pajjizna l-Gvern jerga jghati cans iehor
lil min maghtul is-snin akkumula fondi fil-munita Maltija, minghajr ma tax
rendikont korrett lil tat-taxxi interni, biex dawn ikollhom l-opportunita illi
jirregolizzaw il-pozizzjoni taghhom.
Il-GRTU
m’ghamlitx dan ghax temmen fl-evazjoni jew taccetta lil min jevadi. Anzi l-GRTU
tqis li l-fatt li l-awtoritajiet maghtul is-snin hallew tant abbuzi kien
responsabbli li nholqot sitwazzjoni ngusta ghall- ahhar bejn min ihallas
it-taxxi b’mod regolari u jmexxi n-negozju tieghu bil-pizijiet enormi kollha li
taghbbi fuqu s-sistema tat-taxxi ibsin li msallab bihom l-kummercjant Malti u
dawk, li ghax jevadu, jiehdu vantagg enormi fuq l-kompetituri
taghhom.
Il-GRTU
izda irrikonoxxiet r-realta u kkonvinciet lill-Gvern li din ir-realta
jirrikonoxxiha wkoll. Il-fatti juru li hemm miljuni kbar ta’ liri li jistghu
jithaddmu ahjar fl-ekonomija u l-GRTU trid li dawn il-flus jibqghu jithaddmu
f’Malta u joholqu aktar gid u xoghol ghall-Maltin u mhux jaharbu l-barra hekk
kif Malta tidhol fl-Ewro. Kien bis-sahha ta dhul fl-Ewro in fatti li din
l-amnestija setghet issir.
Il-GRTU
trid ukoll li tevita li min fil-passat naqas li jiddikjara sewwa li jsofri
inkwiet kbir fil-futur hekk kif ikompli jahraq lilu nnifsu u jipprova jharrab
l-flus mohbija l-barra minn Malta. Il-GRTU ghalhekk
tappella bil-kbir biex qabel ma taghlaq din l-opportunita ta’ amnestija, biex
min ghadu ma ddecidiex jiddeciedi. Il-GRTU tqies li mhux qed jaghmlu sewwa dawk
l-professjonisti li qed jaghtu parir biex din l-amnestija min jista
jgawdi minna ma jahtafx issa l-opportunita’ qabel tghalaq fil-31 ta’ Lulju. Kull
min qed jghati parir biex din l-opportunita ma tittihiedx qed jaghmel zbal
kbir.
Dawn il-flus ser jibqghu tas-sidien, ser
tithallas taxxa minima li hi vantaggjuza hafna hdejn dak li suppost thallas
fuqhom u l-ismijiet jinzammu l-Bank Centrali u l-individwu jkollu certifikat
f’idejn li jkun jista’ juri jekk xi darba jigi investigat. Min ma jridx jidher
jista wkoll jidher ghalih nominu.
Dan
hu cans tad-deheb u baqa biss ftit granet biex ma jintilifx.
Il-GRTU
twissi lill-min ghadu qed jahsibha li l-Gvern Malti wara l-elezzjoni ftit ser
ikollu alternattiva hlief li jghafas kemm
jiflah biex il-flus mohbija jingabru akkost ta’ kollox u bit-taxxa shieha
fuqhom. Il-Gvern llum ftit baqalghu assi
xi jbiegh u x’ jipprivatezza. Wara l-Elezzjoni, jkun hemm min ikun hemm
fil-Gvern, l-flus minn x’imkien irid igibhom biex jaghmel tajjeb ghal dak kollu
li jkun wieghed u jrid iwettaq. L-ghazla tkun ovja: jaqbez fuq l-flus mhux
dikjarati ghax mhux sewwa li jghabbi aktar fuq min qieghed sewwa ma
tat-taxxi.
Min jibqa’ espost l-mannara jkun waqqaghha fuq
rasu hu stess. Ic-cans li tevita l-inkwiet hu issa.
Dan hu cans ta’ darba illi m’ghandux
jintilef.