Il-ftehim li gie iffirmat nhar
is-Sibt 28 ta’ Lulju mill-GRTU f’isem is-sidien tal-ispizeriji u mill-Kamra
tal-Ispizjara f’isem l-ispizjara fuq naha u l-Gvern fuq in-naha l-ohra, hu
ftehim storiku ghaliex bih il-Gvern qed jinvolvi lis-sidien privati
tal-ispizeriji fil-kommunita u lil ispizjara li jmexxu l-ispizerji privati biex
jestendu l-facilitajiet taghhom fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Ghawdex lil
dawk kollha li huma intitolati ghall-medicina b’xejn taht l-iskema nazzjonali
tas-sahha.

L-ghan kemm tal-Gvern kif ukoll
tas-settur privat hu li bil-mod l-aktar efficjenti possibli s-servizz
tat-tqassim tal-medicini jitwassal qrib min jehtiegu biex mhux tibqa’ s-sistema prezenti li l-pazjent joqghod jigri hu ghal
medicini.
Is-surveys kollha li saru
mal-ispizeriji privati u mal-pubbliku kollha indikaw b’mod car li din hi riforma
li l-poplu jridha. Iriduha l-aktar dawk li qed jikbru f’eta’ u
ghandhom aktar htiega ta’ medicini u dawk li ghandhom htigijiet
specjali.
Il-GRTU u
l-Kamra tal-Ispizjara qatt ma harsu lejn din il-kwistjoni bhala negozju izda
bhala l-pass l-iehor li jmiss biex is-servizzi tas-sahha jkunu aktar accessibbli
ghal kulhadd.
Il-kummenti tal-UHM ghalhekk huma
barra minn lokhom. Il-prudenza kienet tghid li l-ewwel kellhom jistennew li jiltaqa’
l-Kumitat Kongunt fejn l-UHM tkun tista’ tghid taghha u jkunu identifikati
s-soluzzjonijiet ghal problemi li l-UHM bi dritt ghandha
telenka.
Mhux lok izda li lil pubbliku
ingennuh meta l-iskema hi haga tajba, progressiva u ta’
gid ghal kulhadd, l-aktar dawk li huma bzonjuzi tal-medicina. Il-process li s-servizzi jitwasslu b’aktar kumdita fil-komunita
l-GRTU taqbel maghha u hu ghalhekk li temmen bis-shih fis-sostenibilita
tal-lokalitajiet taghna.