Il-GRTU tifrah lill- Prim
Ministru bhala ministru tal-Finanzi u lill-Onorevoli Tonio Fenech fil-Ministeru
tal-Finanzi tad-decizjoni ghaqlija li hadu li jestendu din l-iskema b’xahar
iehor.
Il-GRTU
insistiet bil-kbir li tidhol din l-iskema u insistiet hafna li din l-iskema tkun
estiza.
Il-GRTU tqis
li l-opportunita li nholqot bic-changeover,
mil-Lira Maltija ghall-Euro ghamlitha possibli li tithaddem ghall-ahhar darba fi
skema bhall din u ssostni li dawk kollha li qed iwebblu lil min jista jaghmel
uzu minn din l-iskema biex joqod lura u ma jippartecipax, qed jaghtu servizz
zbaljat u qed jiehdu hsieb aktar l-interessi kummercjali u professjonali taghhom
milli l-interessi tal-klijenti.
Il-GRTU taqbel li din
l-iskema ghandha tkun ta darba u ta’ l-ahhar ghaliex skemi bhall dawn joholqu
ngustizzji ma dawk illi dejjem jonoraw bi shih l-obbligi tat-taxxa taghhom u
ghalhekk ghall-darba ohra terga tappella biex hadd ma joqod lura u min hu milqut
jahtaf din l-opportunita qabel taghlaq.
Il-GRTU tifrah lil
Onorevoli Tonio Fenech ghall-mod car kif qed jitkellem fuq din l-iskema u
tappella lilu lill-gvernatur tal-bank centrali biex jaghmilha possibli li
l-kontijiet blokkati ghall-sena jkunu jistghu jinzammu direttament mal-bank
centrali bla htiega li dak li jkun ikollu joqghod jirrikorri ghall-banek
kummercjali.