Il-Kunsill tal-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji, illum iltaqa’ mall-Ministru Austin Gatt, Ministru tal-Investiment, Industrija u t-Teknologija tal-Informatika bhala bidu tal-process mniedi mill-Ministru Gatt ta’konsultazzjoni mal-Korpi Kostitwiti ewlenin dwar il-progett ta’ Smart City
Il-Kunsill tal-GRTU – Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji, illum iltaqa’ mall-Ministru Austin Gatt, Ministru tal-Investiment, Industrija u t-Teknologija tal-Informatika bhala bidu tal-process mniedi mill-Ministru Gatt ta’konsultazzjoni mal-Korpi Kostitwiti ewlenin dwar il-progett ta’ Smart City
Il-GRTU ilha sa mill-bidu nett f’konsultazzjoni kontinwa mal-Ministeru ta’ l-Investiment, Industrija u t-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u fil-laqgha tal-lum il-Ministru ta dettalji ta’ kif ser ikunu imqassam il-progett b’75% ghall-skop kummercjali immirat biex jiggenera l-mpjiegi u 25% ghall-skop residenzjali kif wkoll il-linkages li dan il-progett kbir u uniku ghall-Malta ser ikollu mas-settur kummercjali Malti.
Il-President tal-GRTU Paul Abela u d-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia spjegaw dak li l-GRTU qed taghmel u behsiebha taghmel biex l-imsiehba tal-GRTU ikunu nfurmati bl-izviluppi fit-twettiq ta’ dan il-progett. Dan biex is-sidien tan-negozji Maltin ikunu kontinwament f’posizzjoni li jahtfu kull opportunita u jippreparaw ruhhom biex jintegraw mas-sistemi godda ntrodotti f’Malta permezz ta’ Smart City.
Il-GRTU tara dan il-progett bhala ndikatur ewlieni ta’ fejn irid imexxi pajjizna biex f’dinja dejjem aktar ibbazata fuq it-teknologija tal-informatika u f’dinja fejn il-kostruzzjoni u l-izvilupp industrijali qieghed dejjem jaddotta processi favur l-ambjent, pajjizna jkun rikonoxxut u apprezzat bhala pajjiz evolut.
Malta b’dan il-progett mhux biss ser tirkeb fuq investiment immirat lejn il-futur imma ser tigbed lejha turizmu ta’ natura gdida. Il-GRTU ser tibqa f’kuntatt kontinwu mal-izviluppaturi tal-progett Smart City biex tizgura li l-kummercjant Malti jkun lest ghall- opportunitajiet godda li ser jinfirxu fis-snin li gejjin fuq l-istimolu ta’ Smart City.
Il-Ministru Austin Gatt esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-interess u s-support tal-GRTU u wieghed li jghaddi dan il-messagg lil operaturi ta’ Smart City. Huwa sahaq fuq il-vizjoni tieghu li jara grupp gdid ta’ intraprendituri zghar u medji Maltin fil-qasam ta’ l-ICT.