Fil-laqgha li l-GRTU kellha mal-Prim Ministru din il-gimgha, id-Direttur Generali Vincent Farrugia ipprezenta formalment, f’isem il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU, talba lil Kabinet tal-Ministri sabiex fl-iqsar zmien possibbli jinghata dritt tal-Appell xieraq fuq id-decizjonijiet tat-Tribunal ghal talbiet tal-Konsumaturi.
Fil-laqgha li l-GRTU kellha mal-Prim Ministru din il-gimgha, id-Direttur Generali Vincent Farrugia ipprezenta formalment, f’isem il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU, talba lil Kabinet tal-Ministri sabiex fl-iqsar zmien possibbli jinghata dritt tal-Appell xieraq fuq id-decizjonijiet tat-Tribunal ghal talbiet tal-Konsumaturi.
Il-GRTU sa mit-twaqqif ta’ dan it-Tribunal, oggezzjonat ghal fatt li l-appell mid-decizjonijiet ta’ dan it-Tribunal kien tant limitat li ma kien jiswa’ ghal xejn. L-uniku appell huwa fuq punt wiehed: f’kaz illi parti f’kawza quddiem it-Tribunal ma tkunx inghatat smiegh xieraq. Ghalkemm dan huwa principju ta’ gustizzja naturali importanti, m’huwiex il-bazi tal-ilmenti tal-kummercjanti u l-Avukati kollha li jidhru quddiem dan it-Tribunal.
Il-process kif inhu llum hu ghal kollox diskriminanti kontra l-kummercjant. Il-kummercjant li dwaru jkun hemm ilment qed ikun, fejn hu possibbli, instigat mill-GRTU li tirrapprezentah biex, aktar iva milli le, jaccetta d-decizjoni tad-Direttur ghall-Affarijiet tal-Konsumatur u jevita li jitla’ quddiem it-Tribunal. Dan ifisser illi fil-bicca l-kbira tal-kazijiet ma jkunx hemm htiega li jitilghu quddiem it-Tribunal. Dawk li jispiccaw jidhru quddiem it-Tribunal huma l-kazijiet fejn il-konsumatur, ghax ma tiswielu xejn, jibqa’ jinsisti li jidher, jew ghax il-kummercjant, u dan hu fil-bicca l-kbira tal-kazi, jhoss li mhux biss il-konsumatur ma ghandux ragun imma tkun nefqa kbira wisq ghalih jekk tittiehed decizjoni kontrih.
L-istatistika izda turi li l-Kummercjant li jersaq quddiem dan it-Tribunal ftit li xejn ghandu cans li jirbah ikun x’ikun il-kaz li jressaq.
Il-GRTU analizzat hafna kazijiet u m’ghandhiex dubbju li l-kummercjanti qed ikunu iffacjati b’decizjonijiet hziena kemm fuq fatti kif ukoll fuq punti ta’ ligi. Dan, issostni l-GRTU, qed isir ghax m’hemmx ir-rimedju gust tal-Appell. Ghalhekk li l-GRTU qed titlob li gustizzja mhiex issir u biex il-gustizzja ssir sewwa d-decizjonijiet tat-Tribunal ghandhom ikunu suggetti ghall-appell wiesgha u xieraq bhad-dritt ta’ Appell li jezisti minn decizjonijiet minn Tribunali amministrattivi ohra stabbiliti bil-Ligi.