
Il-Preokkupazzjoni tal-GRTU tibqa dwar d-delivery persons u nies ohra li jahdmu permezz tat-toroq
Il-GRTU Il-Kamra Maltija ghall-Intraprizi Zghar u Medji laqghet b’entuzjazmu l-ahbar li habbret l-LESA din il-gimgha li wara li gew varati s-sitt twissijiet fuq kontravenzjonijiet tat-traffiku aktar kmieni din is-sena, l-gwardjan lokali wissa mall-5,400 xufier. Din kienet wahda mill-proposti li l-GRTU kienet pproponiet ghar-riforma, fejn il-gwardjan lokali ghandu jkun l-Ufficcjal li jwissi u jeduka u mhux biss li jharrek.
Filwaqt li l-GRTU taghmilha cara li dawk kollha li jabbuzaw ghandhom jigu ppenalizzati turi l-preokkupazzjoni taghha ghal dawk li xogholhom jiddependi mit-toroq, fosthom id-delivery persons li l-posizzjoni taghhom dejjem qeghda tidditerjora. Il-GRTU ilha ghal diversi xhur titkellem ghan nom ta’ dawn l-operaturi bil-ghan li jintlahaq ftehim bejn l-entitajiet ikkoncernati fejn dawn jkunu jistghu joperaw minghajr d-diffikultajjiet li jiltaqghu maghhom ta’ kuljum. Is-Soluzzjoni m’hijiex wahda facli, specjalment meta wiehed iqis il-limitazzjonijiet fl-infrastruttura tat-toroq izda kompromess irid jinstghab. Dan ghaliex il-livell ta’ stress li jaffaccjaw ta’ kulljum meta jaghmlu gurnata jithabtu fit-traffiku u jaraw fejn l-ahjar jipparkjaw biex ma jaqilawx citazzjoni u fl-istess hin ikunu f’distanza dicenti biex ihottu u jghabbu x-xoghol, hu eccessiv u qed jiswa hafna hela ta’ hin u flus lill-kumpaniji.
Kienu d-diversi laqghat li l-GRTU ghamlet mall-LESA li b’xi mod ghenu sabiex dawn l-operaturi setghu joperaw gewwa Paceville billi estendiet il-hin li originaljament kienu joperaw bih u li kien qed jikkawza lil dawn l-operaturi ammont sostanzjali ta’ kontravenzjonijiet. Il-multi kienu esagerati u kienu jikkonstitwixxu running cost ghal l-intraprizi li xogholhom hu ffukat fuq l-qadi ta’ dmirijiet permezz tal-uzu tat-triq.
Dwar l-un/loading bays il-GRTU tibqa tinsisti li dawn m’humiex bizzejjed, u li hemm qed jigu abbuzati kontinwament min xufiera irresponsabbli li ma ghandhom l-ebda rispett lejn dawn l-operaturi. Il-GRTU tibqa tishaq li l-infurzar ghandu jiffoka fuq dawn u ohrajn li qeghdin jkunu ta’ periklu u mhux tad-delivery man.
F’zewg laqghat separati li saru ricenti wahda mall-Onorevoli Parnis fejn il-GRTU ghamlitha cara li ghalkemm l-LESA qeghda taghmel dak kollu li tista sabiex b’xi mod taghti l-ahjar servizz li tista xorta wahda fadal hafna x’jsir. L-Onorevoli Parnis wieghed li ser jkun kemm riforma tal-Gvern Lokali fejn ser tara bidla fl-irwol u fil-poteri tar-regjuni. Huwa wieghed ukoll li din r-riforma ser thares l-interessi ta’ kulhadd.
F’laqghha ohra mall-LESA, l-GRTU regghet iddiskutiet fid-dettal l-kwistjoni tad-delivery man u gie deciz li l-GRTU flimkien mall-LESA torganizza laqghat mall-Kunsilli Lokali ndividwalment bil-ghan li tinstab l-ahjar soluzzjoni ta’ kif din l-materja ghandha tigi indirizzata f’kull lokal.
Giet diskussa ukoll il-possibilta ta’ network system bejn l-gvern u l-awtoritajiet koncernati fejn jidhol kwalunkwe xoghol ta’ kostruzzjoni u xoghol iehor sabiex jigu evitati konflitti bla bzonn u jigi organizzat ahjar it-traffic management.
Sadanittant l-GRTU tappoggja l-proposta fejn jidhlu pieni aktar horox fuq l-uzu tal-mobiles waqt is-sewqan.