
Is-Segretarjat Parlamentari
għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-annimali ippublika l-abbozz tal-avviż legali fil-gazzetta tal-Gvern
li jkopri l-industrija tal-prodotti tal-ħalib. Fil-preżent fil-liġi ta' Malta hemm
regolamenti li jkopru l-ħalib iżda ma hemmx regolamenti fuq il-prodotti magħmulha mill-ħalib.
Hemm regolamenti Ewropej dwar
il-produzjoni ta' proddotti tal-ħalib li, li kieku kelna napplikawhom għal
Malta, kien ikollna inwaqqfu il-produzzjoni kollha tal-ġbejniet tradizzjonali.
Għaldaqstant biex ninkorporaw fil-liġi Maltija
ir-regolamenti li jħarsu il-produzzjoni ta' prodotti tal-ħalib kif ukoll
prodotti tradizzjonali u norbtu dan kollu
biex ikun konformi mar-regolamenti Ewropej,
is-Segretarjat ifforma dan l-abbozz.
Malta b'dan l-abbozz qiegħda taddotta derogi lokali biex il-produzzjoni tal-ġbejniet tradizzjonali tibqa' ssir sakemm dawn
ikunu prodotti taħt sistema ta' prodott ta' origini ikkontrollata. Dan ifisser
li dan il-prodott tradizzjonali ser jakkwista garanzija ta kif jiġi maħdum, maħżun u mibjugħ. Dan l-abbozz:
huwa
marbut mal-fatt li s-settur permezz tax-xirka tal-produtturi tan-nagħaġ
u l-mogħoż, iridu japplikaw biex il-produzzjoni tal-ġbejniet tiġi
mgħarfa mill-awtoritajiet Ewropej u l-ġbejna tiġi rreġistrata bħala
prodott
b'ċertifikazzjoni DOP (Denominazioni di
Origini Protetta).
ifisser li prodotti oħra li
mhumhiex maħduma bħalma għanda tinħadem il-ġbejna tradizzjonali u li
jużaw ukoll ħalib li mhux tan-nagħaġ għall-produzzjoni tal-ġbejna, iridu
jiġu mgħajta b'isem ieħor fis-suq.
ser isaħħaħ u
jżid ukoll il-garanziji għall-konsumatur li l-prodotti tal-ħalib kollha
prodotti f'Malta jridu jittestjaw il-ħalib ta' kull speċi u ta' kull
oriġini darbtejn fix-xahar minbarra t-testijiet li jsiru fuq l-annimali
kollha irreġistrati fl-irziezet.