
Ufficjali
tal-GRTU attendew Seminar interessanti bit-tema "Is-Sahha u s-Sigurta' fuq
il-Post tax-Xoghol-Principli, Drittijiet u Obligi", f'Għawdex. Is-Seminar gie
organizzat mill-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xogħol
bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea, u b`kollaborazzjoni tal-Gozo Business
Chamber.
Huwa
essenzjali li f`kull post tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurta' tingħata l-ewwel
importanza. Kemm min iħaddem kif ukoll il-ħaddiema għandhom jassiguraw li
jittieħdu dawk il-miżuri meħtieġa biex ikunu evitati kemm jista' jkun inċidenti
u mwiet waqt il-qadi ta` dmirijiethom.
Is-Seminar
infetaħ uffiċjalment mill-Ministru għas-Saħħa, l-Onor. Dr. Godfrey Farrugia li
fl-intervent tiegħu rrimarka li l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post
tax-Xogħol hija stituzzjoni ta` mportanza nazzjonali, u li ilha tagħti servizz
utli għal dawn l-aħħar 12-il sena. Huwa kompla jgħid li s-seminar huwa xhieda
tal-ħidma li tagħmel l-Awotorita` flimkien mal-imsieħba soċjali, f`dan il-każ,
il-Gozo Business Chamber. Il-Ministru
Farrugia rringrazzja wkoll lill-Aġenzija Ewropea tal-appoġġ li dejjem tat
lil-OHSA-Malta, xhieda li kif kienet aċċenat id-Direttur tal- Aġenzija Ewropea,
Dr. Christa Sedlatshek meta kienet ġiet Malta f'Jannar tal-2012, fl-okkażżjoni tal-10 Annivesarju minn mindu
twaqfet l-Awtortia' Maltija, jeżisti rispett reċiproku bejn dawn iż-żewġ
entitajiet.
L-Onor
Deo Debattista, Chairperson tal-Awtorita, kompla billi qal li din l-attivita`
għalih tirrappreżenta sodisfazzjon doppju, sodisfazzjon li s-seminar qed ikun
organizzat għall-ewwel darba f'Għawdex u sodisfazzjon għaliex din hija l-ewwel
ativita' pubblika li kien qed jieħu sehem fiha min mindu ġie appuntat
Chairperson tal-Awtorita'. L-Onor.
Debattista awgura lil dawk preżenti li s-seminar ikun ta` benefiċċju għalihom u
li jgħinhom jifhmu mhux biss l-obbligi legali, imma li huwa fl-aħjar interess
għall-intrapriżi li jirrapreżentaw, li jittieħdu dawk il-miżuri kollha li hemm
bżonn biex jiġu evitati kemm jista' jkun inċidenti u mwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.
Matul
il-preżentazzjonijiet tal-ufficjali tal-Awtorita`, saret referenza dwar
l-importanza tal-"Evalwazzjoni tar-Riskju fuq ix-Xogħol" u r-"Rappreżentant
tas-Saħħa u s-Sigurta` tal-Ħaddiema" dwar saħħa u sigurta` fuq il-postijiet
tax-xogħol. Wieħed mill-uffiċjali tkellem dwar ir-relazzjoni li teżisti bejn
l-investimenti li jsiru minn min iħaddem favur is-saħħa u s-sigurta` fuq
il-post tax-xogħol, u l-benneffiċji li jirriżultaw għall-istess intrapriżi, kif
ukoll għall-ħaddiema nvoluti. Is-Sur
Michael Grech, Presedent tal-Gozo Business Chamber qal li ċ-Chamber hija konxja
tal-importanza tat-tisħieh kontinwu tal-legislazzjoni li tirregola s-saħħa u
s-sugurta` fuq il-post tax-xogħol. Huwa
ferm importanti li mhux biss min iħaddem ikun imfrumat sewwa dwar l-obbligi
biex jinżamm ambjent san fuq il-postijiet tax-xogħol, imma l-ħaddiema għandhom
ikunu mfurmati sewwa dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Il-Gozo Business Chamber tapreżża x-xogħol
siewi ta` l-OHSA li minn żmien għal-żmien torganizza żjajjar ta` rutina fuq
diversi postijiet tax-xogħol u b` hekk twassal il-messagg kemm lil min iħaddem
kif ukoll lil-impjegati.
Għalaq
is-Seminar ir-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex li f`isem l-Onor Anton
Refalo, enfasizza li l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol
jista' jevita numru ta` problemi li xi minn daqqiet jistgħu jkollhom
riperkussjonijiet kbar, kemm fuq l-operat tal-ażjendi, fuq il-ħaddiema, kif
ukoll fost il-membri tal-familji li jibqgħu jgorru l-konsegwenzi realtati ma`
korrimenti u mwiet għal ħajjithom kollha.