
Il-GRTU Malta
Chamber of SMEs ilha tishaq is-snin li kull meta jitfassalu jew jinbiddlu
il-pjanijiet ta' Progetti Pubblici in-negozji fil-Lokalita' ghandhom ikunu
ikkonsultati. Il-GRTU insistiet biex fl-Att dwar in-Negozji Zghar (Small
Business Act) jidhol specifikament id-dritt tan-negozji li jinsistu fuq il-kejl
tal-impatt ekonomiku fuq in-negozji taghhom f'kull decizjoni tal-Awtoritajiet
Pubblici li taffetwa l-andament tan-negozji taghhom.
Is-sidien tan-negozji ma
jircievu assistenza, sussidju u kumpens m'ghand hadd, hlief f'kazijiet
eccezzjonali, u kull meta jinghalqu t-toroq, isiru ix-xogholijiet, jinbiddlu
il-pjanijiet ta' Progetti, jew jintilfu il-postijiet ta' parking, it-telf ta' negozju ibatuh huma. Il-GRTU kitbet
lill-Gvern fejn ghamlet accenn partikolari ghall-bidliet fil-pjanijiet dwar
il-progett tal-Belt, l-eghluq hesrem tal-Family Park f'Marsascala u il-waqfien
tat-Time Managed Parking Scheme fin-Naxxar.
Is-Sidien
tan-negozji tal-Belt ilhom isofru ghal zmien twil hekk kif kien miexi
il-progett kbir tad-dahla tal-Belt u kienu qed jittamaw illi flok ir-ritmu
tax-xoghol jitnaqqas, ir-ritmu jigi mghaggel aktar, halli il-progett jitlesta
kemm jista jkun malajr, inkluzi ukoll ix-xogholijiet fil-kumpless kummercjali
tas-City Gate Arcades. Is-sitwazzjoni illum hija li issa gie imhabbar bla ebda
konsultazzjoni li t-tmiem tal-progett ser jiggebbed b'sena ohra u dan ifisser
li d-dannu li qed isofru in-negozji ser jibqa jiggebbed. Ir-rizultat ser ikun
illi aktar negozji fil-Belt jiddeciedu li jcekknu l-operat kummercjali taghhom
biex inaqqsu l-ispejjez u dan sfortunatament dan ifisser telf ta' impjiegi.
Id-decizjoni
li jinghalaq fl-aqwa tas-sajf il-Park tal-Familja f'Marsascala hi decizjoni
b'impatte negattiv fuq hafna negzoji. Dan hu progett li kien qed issir dejjem
aktar popolari ma' hafna familji Maltin, b'impatt pozittiv fuq hafna negozji
fil-madwar. Issa id-decizjoni ta' waqfien hesrem qed ikollha impatt negattiv
fuq hafna negozji u hwienet f'Marsascala. Din ukoll hi decizjoni li b'konsultazzjoni
setghet ittiehdet mod iehor u zgur li l-impatt ekonomiku fuq in-negozji ma giex
imkejjel.
Fil-kaz
tat-Time Managed Parking Scheme tan-Naxxar ukoll gew milquta hazin in-negozji
fil-lokalita'. Il-GRTU hija l-Ghaqda Nazzjonali b'rapprezentanza diretta f'kull
Lokalita' u tahdem mal-Kunsilli Lokali kollha u mal-Malta Transport biex
tinstab soluzzjoni, lokalita' b'lokalita', biex fl-ispazji limitati ta' parking
fiz-zoni kummercjali ma jkunux ikkapparati l-gurnata kollha tant li jaghmluha
impossibbli jew difficli li xerrejja jiefqu, jipparkjaw ghall-zmien qasir u
jinqdew bin-negozji. Il-GRTU issostni li hwienet u negozji ohra huma ta'
servizz kbir fil-komunita' u hu ghalhekk li tinsisti li jkun hemm koperazzjoni
bejn il-partijiet kollha u ma jittiehdux decizjonijiet hesrem u bla
konsultazzjoni mar-rapprezentanti tan-negozji fil-komunita'.
Il-GRTU
tappella lill-Awtoritajiet kollha u lill-Kunsilli Lokali biex ma jinsew qatt
l-obbligu taghhom li jkejlu l-impatt ekonomiku fuq in-negozji fil-komunita' tad-decizjonijiet
kollha li jaffetwawhom u li jzommu miftuh il-process kontinwu ta'
konsultazzjoni li jaffetwaw lin-negozji.