Meta tfasslet il-Ligi tar-Relazjonijiet tal-Impjieg u
Relazzjonijiet Industrijali, il-Ministru responsabbli dak inhar kien ferm
attent u zamm konsultazzjoni sakemm kwazi kien impossibbli li jaghmel aktar
biex intlahaq ftehim bejn l-imsiehba socjali u il-Gvern biex il-Ligi tkun tista
tithaddem bl-inqas intoppi possibbli. U hekk gara matul is-snin li ilha tahdem
il-Ligi. Twaqqaf ukoll Bord tar-Relazzjonijiet Dwar ix-Xoghol li fih hemm
rapprezentati l-imsiehba socjali ewlenin kollha u kull ligi li l-Gvern jipproponi
jew kull haga li tigi mill-Unjoni Ewropea kif wkoll kull strategija jew bidla
fil-politika tal-Gvern kienet tigi diskussa.
Issa tela' Gvern Laburista li minnu wiehed kien jistenna
aktar partecipazzjoni mill-imsiehba socjali fil-politika dwar ix-xoghol u
l-ewwel rajna talba stramba ghal ahhar biex ic-Chairmen tat-Tribunali
Industrijali, kollha nies mahtura ghall-integrita taghhom u bi ftehim
mal-imsiehba socjali u maghzula b'interessi u esperjenzi bejn wiehed u iehor
ugwali bejn esperti fil-qasam ta' min ihaddem u ta' min jirraprrezenta
il-haddiema, u issa decizjoni mill-Gvern li jahtar bhala Chairmen individwi
zbilancjati b'mod esagerat favur ir-rapprezentanza tal-haddiema u x'uhud
b'konflitt ta' interess kbir ghaliex jaqghu taht influwenza diretta tal- akbar
employer ta' Malta, is-settur pubbliku. Aghar min hekk imma il-Gvern nehha
b'daqqa ta' pinna individwi li ghalkemm kellhom is-sigurta tal-post ghal
perjodu li ghalih kienu imlahhqa u kellhom ir-rispett ta' kull min resaq
quddiemhom u ta' min hadem maghhhom fit-tribunali.
Ghall-GRTU din hi xi haga li ma tista taqbel maghha
qatt. Wara hafna snin il-GRTU irnexxiela tizgura li fost ic-Chairmen ikun hemm
persuna li ghandha esperjenza diretta fil-qasam imprenditorjali tal-intraprizi
zghar u li prattika fil-kwistjonijiet ta' intraprizi tal-artigjanat. Is-Sinjura
Joan Haber li kienet nominata mill-GRTU u accettata mill-imsiehba socjali
kollha u mill-Gvern hi intrapritendici min Ghawdex b'esperjenza kbira
fl-intrapriza zghira u b'esperjenza kbira bhala persuna li thaddem. Hi mara u
min Ghawdex u tat lit-Tribunal esperjenza utli li kienet mhux tant qawwija
qabel. Kull min mill-qrib raha tahdem bhala Chairman tat-Tribunal kullhad
accetta kemm kienet korretta, gentili u
ppreparata. Meta intalbet biex toffri
ir-rizenja ghalkemm il-parir legali li kellha kien li tirrifjuta il-pressjoni
ghax hi fiha innifisa offiza skond il-ligi, hi b'umilta accettat.
Is-Sinjura Haber u ic-Chairmen l-ohra qatt ma kellhom
jkun suggetti ghal xi forma ta' pressjoni. Hi qatt ma kella tigi soggetta ghal
pressjoni biex toffri r-rizenja ghax tokkupa post li bhal dak ta' Mhallef
m'ghandu jkun qatt suggettat ghall-pressjoni ghax jekk jaccetta awtomatikament
isir zlejali. Is-Segretarju Permanenti bhala gwardjan tal-ligi u tal-procedura
koretti kellu jara li pressjoni bhal dik ma ssirx u mhux ikun strumentali biex issir. Li saret
qabel jekk saret m'hijiex skuza. Il-pajjiz il-quddiem irid jimxi u mhux ihares
lura. Il-GRTU kienet tistenna li s-Sinjura Haber tigi mitluba u tkompli u
ghalhekk ma hassistx li ghandha taghmel nominazzjonijiet godda ghax anke
bic-Chairmen l-ohra mitluba jirrezenjaw ma kienx hemm problemi u ghall-GRTU ma
kienx hemm postijiet vakanti.
Kapaci kemm huma kapaci, il-GRTU ma trid tnaqqas
il-meritu ta' hadd, nies li zammew pozizzjonijiet f'settur tat-trade unions jew
mal-Gvern jew mal-Employers Associations m'ghandhomx jinhattru Chairman jekk
mhux b'kunsens unanimu u f'cirkostanzi eccezzjonali. Ic-Chairmen m'ghandux
ikollu pozizzjonijiet fis-settur pubbliku u ghandu ikun hemm bilanc fin-numru
totali bejn dawk b'esperjenza fil-kamp ta' min ihaddem u tat-trade unions u
b'rapprzentanza ta' individwi mil-qasam tal-intrapriza iz-zghira li f'pajjizna
jaghmlu 98% tal-intraprizi kollha u jhaddmu 77% tal-haddiema kollha li jahdmu.
Il-GRTU tappella il-Gvern biex jaghraf jimxi b'mod
dekoruz biex f'Malta jkollna l-ahjar relazzjoni tax-xoghol kif jixraq lil
pajjiz b'ekonomoja moderna membru tal-Unjoni Ewropeja.